01/06/2020
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Gejt infurmat li f’dawn l-aħħar seba’snin saret laqgħa
waħda tal- Malta-Tunisia Joint Commision.
Il-ħdax is-sessjoni tal- Joint Commission
seħħet f’Malta mill-4 sal-5 ta’ Frar 2019.
Wieħed ta’ min jinnota li is-sessjoni ta’ qabel tal- Joint Commission kienet saret f’Tunis
mit-3 sal-5 ta’ Settembru 2012.
Il- Joint Commission kienet immexxjia mill-Onor. Carmelo Abela, l-ex
Ministru tal-Affarijiet Barranini u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, u mill-E.T.
Khemaies Jhinaoui, l-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Tuneżija.
Waqt din is-sessjoni tal-Joint Commission, ġew diskussi diversi
oqsma fosthom: (i) l-ekomomija u l-kummerċ; (ii) il-kultura; (iii) it-turiżmu;
(iv) ġemellaġġi bejn l-ibliet (v) it- trasport; (vi) it-taħrig vokazzjonali u
impjieg; (vii) l-edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni; (viii) is-saħħa; (ix)
l-agrikoltura u s-sajd; kif ukoll rigward (x) il-ġlieda kontra l-vjolenza
abbażi ta’ gender, it-tfulija u
l-anzjani.
Din is-sessjoni saret
fil-marġini taż-Żjara Statali tal-ex President Tuneżin, l-E.T. Beji Caid
Essebsi, li ġie Malta mill-5 sas-6 ta’ Frar 2019. Fil-marġini tal- Joint Commission seħħet laqgħa ukoll bejn l-Onor. Carmelo Abela u
l-E.T. Khemaies Jhinaoui fejn iż-żewġ naħat tennew l-importanza tat-tisħiħ
tar-relazzjonijiet bilaterali kif ukoll dawk reġjonali sabiex jinkiseb il-paċi
u l-istabbilità fil-Mediterran. Wara din
il-laqgħa, l-Onor. Carmelo Abela u l-E.T. Khemaies Jhinaoui iffirmaw il-Minuti
Maqbula tal-11 il sessjoni tal-Joint Commission, kif ukoll Ftehim dwar
l-Impjiegi Temporanji, Memorandum ta' Qbil dwar Rispons għall-Iżvilupp
tat-Tfulija Bikrija, Protokoll ta' Kooperazzjoni fil-Qasam ta 'l-Anzjani, u
Programm ta' Kooperazzjoni Kulturali għas-snin 2019 - 2021.
Id-data tat-tnax is-sessjoni
tal- Malta-Tunisia Joint Commission
għad trid tiġi iffissata.
Seduta 340
08/06/2020
No comments:
Post a Comment