20.6.20

ĦADDIEMA LI JOĦORĠU BL-EARLY RETIREMENT

15132. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Invista tal-fatt li l-ħaddiema li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-Early Retirement skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-pension age, u peress li bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni fis-sens persuna li tingħata l-early retirement ta’ 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta’ 61 sena, f’dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, fil-frattemp, jista’ l-Ministru jikkonsidrax li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f’din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b’xogħol part-time?

 

01/06/2020

 

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninsab infurmat li meta jkun hemm skema ta’ rtirar kmieni jiddependi x’kundizzjonijiet ikun hemm u allura dan ma joħroġx mil-liġi.

 

Seduta  343

15/06/2020

 


No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...