01/06/2020
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat minn Heritage
Malta li l-kollezzjoni ta’ mapep imsemmija jinstabu fi stat ta’ konservazzjoni
tajjeb. Fin-natura intrinsika tagħha, kollezzjoni bħal din hija waħda ta’
referenza.
Heritage Malta qatt ma kellha l-intenzjoni illi dawn il-mapep jiġu esibiti
kollha, wisq anqas f’mużew iddedikat għalihom, kemm minħabba n-natura teknika u
speċjalizzata tagħhom, kif ukoll minħabba l-konservazzjoni (peress li ma
jifilħux ikunu esposti għad-dawl għal tul ta’ żmien).
Madankollu, isir użu frekwenti minn din il-kollezzjoni,
kemm għall-wirja permanenti fil-Muzew tal-Arti (MUŻA), fejn jintużaw
b’rotazzjoni skont il-bżonn, kif ukoll f’mużewijiet oħra, inkluż għal wirjiet
temporanji, fosthom f’pajjiżi barranin. Barra minn hekk, huma dejjem
aċċessibbli għal kull min irid jirreferi għalihom.
Seduta 343
15/06/2020
No comments:
Post a Comment