20.6.20

FTEHIM IFFIRMAT MAR-REPUBBLIKA TAL-KOLUMBJA

 15296. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-ftehim li kien ġie ffirmat mar-Repubblika tal-Kolumbja dwar il-koperazzjoni kulturali, huwiex jiġi mħaddem u x’proġetti hemm stabbiliti għall-futur abbażi tiegħu senjatament l-artikoli 6 u 8?

 

04/06/2020

 

 ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat lill-Onorevoli fir-rigward tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Kulturali mar-Repubblika tal-Kolumbja, li għalkemm dan il-ftehim wassal għal aktar kollaborazzjoni mal-Kolumbia, madankollu sal-lum l-ebda proġett ma ġie implimentat abbażi tiegħu senjatament l-artikoli 6 u 8.

 

Seduta  344

16/06/2020

 


No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...