28.11.24

ĦAL TARXIEN - TRIQ SAN ANARD – XOGĦLIJIET

22873. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid liema huma x-xogħlijiet li qed isiru fit-tieni parti ta’ Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

 

Seduta  289

27/11/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ SAN ANARD – XOGĦLIJIET

22872. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li qed isiru fit-tieni parti ta’ Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja it-tieni fażi tax-xogħlijiet fis-service road ta’ Triq San Anard. IM qegħda fil-proċess li jitqiegħed dranaġġ kompletatment ġdid li ser jikkumplimenta id-drenaġġ ġdid li tqiegħed f’tal Barrani. Il-house connections kollha tas-servizzi tal-ilma potabbli ser ikunu qegħdin isiru mill-ġdid, kif ukoll ser jitgħaddew pajpijiet għal Melita u GO. Il-bankini u central strip ser jinbidlu u ser nispiċċaw bl-iskavar u bini mill-ġdid tat-triq. Total ta’ investiment għal dan kollu jammonta għal €1,509,624.57 (VAT eskluż).

 

Seduta  289

27/11/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ SAN ANARD – XOGĦLIJIET

22871. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li qed isiru fit-tieni parti ta’ Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  289

27/11/2024

IL-GUDJA - TRIQ IL-LEWŻ - XOGĦLIJIET

22870. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

 

Seduta  289

27/11/2024

IL-GUDJA - TRIQ IL-LEWŻ - XOGĦLIJIET

22869. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant, li f’parti minn Triq il-Lewż, Gudja qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet jinkludi bdil tal-medda tad-drenaġġ, mains tal-ilma ġodda, house connections, bini mill-ġdid tal-bankini, parking bays tal-konkos, bini mill-ġdid tat-triq u asfalt.

 

Ix-xogħlijiet huma stmati li jiġu jiswew madwar €120,000 (VAT mhux inkluż).

 

Seduta  289

27/11/2024

IL-GUDJA - TRIQ IL-LEWŻ - XOGĦLIJIET

22868. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li f’parti minn Triq il-Lewż, Gudja qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet jinkludu bdil tal-medda tad-drenaġġ, mains tal-ilma ġodda, installazzjoni tal-provvista tal-ilma domestiku ma’ kull dar, bini mill-ġdid tal-bankini, spazji tal-konkos għall-parkeġġ u asfalt. Ix-xogħlijiet huma stmati li jiġu jiswew madwar €120,000 (VAT mhux inkluż).

 

Seduta  289

27/11/2024

27.11.24

RAĦAL ĠDID - ĦAMIEM

22867. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

 

06/11/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Seduta  287

26/11/2024

RAĦAL ĠDID - ĦAMIEM

22866. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

 

06/11/2024

 

ONOR. ANTON REFALO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  287

26/11/2024

RAĦAL ĠDID - ĦAMIEM

22865. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li huwa konxju tal-problemi kkawżati mill-ħamiem ġewwa l-lokalitá, filwaqt li qed jesplora soluzzjonijiet fit-tul, qed jieħu miżuri oħra biex inaqqas l-inkonvenjent bħat-tindif.

 

Seduta  287

26/11/2024

TAS-SLIEMA - GĦASSA TAL-PULIZIJA - RAPPORTI

22864. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2024?

 

06/11/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat li matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2024 daħlu 3,135 rapport fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema.

 

Seduta  287

26/11/2024

SAN ĠILJAN - GĦASSA TAL-PULIZIJA - RAPPORTI

22863. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2024?

 

06/11/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat li matul din is-sena, sal-aħħar ta’ Ottubru 2024 daħlu 4,853 rapport fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan.

 

Seduta  287

26/11/2024

IL-BELT, VALLETTA - TRIQ IL-MITĦNA - XOGĦLIJIET

22862. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22065 u 22066, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema Ministru huwa nkarigat ossija responsabbli sabiex isiru x-xogħlijiet u t-tiswijiet li hemm bżonn fi Triq il-Mitħna, fil-Belt, Valletta?

 

06/11/2024

 

ONOR. ROBERT ABELA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

 

Seduta  287

26/11/2024

FID-DRITT JEW BLA DRITT

1. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet immarkata b’atroċitajiet li wiċċ id-dinja qatt ma kien ra bħalhom. Dak li twettaq sija fil-Ġermanja kif ukoll fil-Ġappun kien tant ikrah fid-diżumanità li seħħ biha li għalih kien hemm bżonn ta’ tweġiba. Waħda ċivilizzata, waħda razzjonali, waħda li biha tirbaħ il-liġi u mhux il-ħruxija użata. Proprju fuq dan kważi tmenin sena ilu, ftit xhur wara t-tmiem tal-gwerra, fl-Ewropa nbeda proċess. Wieħed li għażel li dawk li kienu responsabbli għall-aġir żbaljat li seħħ ma jinqatlux bħalma qatlu huma lil bnedmin oħra, imma li dawn jgħaddu ġuri. Dak li beda fl-20 ta’ Novembru 1945 f’Nurimberga, u li jibqa’ dikjarazzjoni ċara li l-bnedmin jistgħu jaġixxu kif iridu, imma wara hemm il-konsegwenzi legali li jridu jaffaċċjaw.

Kienu ħasbu

2. Illum, f’dak li qiegħed jiġri madwarna għandna d-dmir li nirriflettu. Fi tlett kategoriji ta’ bnedmin, f’dak li setgħu ħasbu. L-ewwel: dawk li kienu mmexxija mill-ideoloġiji żbaljati li n-Nażiżmu kien bena u li l-Imperu Ġappuniż ikkoltiva. Bnedmin li kienu ħasbu li xejn ma jista’ għalihom u setgħu jmorru kontra s-sewwa għas “ġustifikati” mill-għanijiet li riedu jwettqu.It-tieni: dawk id-diversi bnedmin li kienu vittmi ta’ dak li kien qiegħed isir fuqhom inġustament. Fuq quddiem, imma mhux biss, dawk li kienu Lhud. Dawk li għal ebda raġuni ta’ xejn ittieħdu fil-kampijiet tal-konċentrament. Dawk li ma setgħux jifhmu dak li kienu għaddejjin minnu, imma li setgħu ħasbu li kien hemm liġi u id tal-ġustizzja. It-tielet: dawk li wara li spiċċa l-ġlied u fehmu x’verament seħħ, iddeċidew li jagħtu lezzjoni. Li jistabbilixxu li d-demokraziji huma differenti mid-dittatorjati u f’dan superjuri għax tirrenja fihom is-saltna tal-liġi.

Kienu jemmnu

2. Il-ġuristi ta’ wara l-gwerra kienu konvinti minn dan il-proċess determinanti li seħħ f’Nurimberga u wara f’Tokyo. Antonio Cassese (1937-2011), wieħed minn fost dawk l-iktar ġuristi kkunsidrati u stmati, kien qal hekk: “Entrambe espressero il desiderio di punire coloro che si erano resi colpevoli di atrocità e, allo stesso tempo, di prevenire il ripetersi di simili azioni nel futuro, stabilendo parametri di comportamento da rispettare anche in tempo di pace.” (It-tnejn esprimew ix-xewqa li jikkastigaw lil dawk li rrendew ruħhom ħatja ta’ atroċitajiet u, fl-istess ħin, li wieħed jipprevjeni sabiex ma jirrepetux ruħhom fil-futur azzjonijiet simili, billi wieħed jistabbilixxi parametri ta’ mġieba li jridu jiġu rispettati anki fi żminijiet ta’ paċi.) Dak kien il-pass li ried jiddetermina l-bidla għall-ġenerazzjonijiet post-1945 biex ma jkunx hemm aktar atti kontra l-umanità. Sabiex id-dinjità tal-persuna tiġi rispettata fil-paċi u mhux.

Passi fid-Dritt

4. Id-dinja bilfors kienet aħjar, jew almenu kienet determinata li ma tkunx agħar. Għax wara rajna numru ta’ passi fil-liġi li bihom bnejna strutturi u istituzzjonijiet li ma kinux jeżistu qabel. Dawn bl-iskop preċiż li jiddefendu lill-bniedem. Li jiddikjaraw li huwa tant importanti li kull Stat, kull mexxej kien irid jirrispettalu drittijietu. Mhux biss rispett morali, imma iktar, legali. F’din id-direzzjoni d-dinja mxiet sabiex l-ewwel, fl-10 ta’ Diċembru 1948, kellna d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Ġnus Magħquda. Wara, mill-1950, kellna l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani, li fuq it-territorju Ewropew tal-pajjiżi li daħlu membri tagħha ġiet stabbilita Qorti fuq l-Istati kollha sabiex tiddefendi ’l-bniedem kontra aġir żbaljat tal-Istati. Ċertament passi fid-dritt, imma aktar minn hekk, passi kbar fiċ-ċiviltà.

Wara 70 sena

5. L-istess Cassese jgħid li dawn kienu lkoll passi fid-direzzjoni li jilħqu għan importanti: “... per conseguire un minimo di precetti comuni, in virtù dei quali possa essere assicurato almeno il rispetto dei fondamenti essenziali della dignità umana, dovunque nel mondo.” (Biex jintlaħqu minimu ta’ preċetti komuni, li permezz tagħhom ikun almenu jkun assigurat ir-rispett tal-pedamenti essenzjali tad-dinjità umana, f’kull parti tad-dinja.) F’dan però, ġuristi varji huma wkoll fehmu li dawn il-passi legali ma kinux biżżejjed, imma riedu iktar. Passi oħra biex tikber iċ-ċertezza tad-Dritt, u magħha, id-Demokrazija.

Qorti ogħla

6. F’din id-direzzjoni fl-1989, ġewwa Ruma, permezz ta’ trattat ġiet stabbilita l-Qorti Kriminali Internazzjonali. Fortunatament, pajjiżna huwa parti minnha u dan mhux biss bħala firmatarju, imma wkoll permezz tal-Kapitolu 453 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna, li daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2003, wieħed u għoxrin sena ilu, proprju f’Jum ir-Repubblika. Fih ġiet stabbilita Qorti Internazzjonali li tiġġudika reati kontra l-umanità. Reati gravi ħafna mibnija fuq dak li seħħ. Diversi dittaturi sabu ruħhom akkużati u kkundannati. Proprju fl-istess linja li l-proċessi f’Nurimberga u Tokyo kienu ħadu. Fejn issa xejn ma għandu, jew jista’ jiġġustifika aġir simili.

Proċeduri dettaljati

7. Hemm pajjiżi, anki Stati demokratiċi, li mhumiex firmatarji. Għar-raġunijiet tagħhom għażlu dan, fosthom l-Istat ta’ Iżrael, mentri dak tal-Palestina huwa. F’wieħed u għoxrin sena li fihom aħna parti, nistgħu ngħidu li nġabret esperjenza legali kbira fl-investigazzjoni, proċeduri u ġudizzji. Di fatti, l-proċedura legali hija ferm iktar dettaljata u attenta. Persuni ma jitressqux b’akkużi taħt arrest bħalna imma llum, il-prosekutur Karim A. A. Khan (1970), li huwa avukat Ingliż, fl-20 ta’ Mejju ta’ din is-sena ressaq tlett talbiet: waħda kontra l-Kap tal-Ħamas, Mohammed Diab Ibrahim Al-Masri (Deif), l-oħra kontra Benjamin Netanyahu (1950), Prim Ministru ta’ Iżrael u Yoav Gallant (1958), li kien il-Ministru tad-Difiża quddiem il-Qorti. Dan b’akkużi varji kontra tagħhom, bil-gravità sħiħa tad-Delitt kontra l-Umanità u dawk ta’ Delitt tal-Gwerra. Wara xhur ta’ dibattitu legali u proċeduri, ftit jiem ilu, proprju fil-21 ta’ Novembru, ġie deċiż li dawn it-talbiet jiġu milqugħa.

M’għandniex immorru lura

8. Sa issa hemm għalhekk talba sabiex jinbdew il-proċeduri li ġiet milqugħa. Stat jista’ f’dan issa jżomm il-proċeduri quddiem din il-Qorti billi jiddikjara li huwa huwa stess li qiegħed jinvestiga jew li nvestiga diġà, kif ukoll li beda jew ikkonkluda hu qabel proċess legali. Iżrael kien u jibqa’ Stat demokratiku li kapaċi jagħraf il-futur tiegħu. Biss din hija ċertament sfida diffiċli aktar u aktar b’Benjamin Netanyahu li fit-2 ta’ Diċembru huwa mistenni wkoll li jixhed fil-proċess ta’ atti ta’ korruzzjoni li huwa ġie akkużat bihom. Dan kollu huwa parti minn proċess legali u neċessarju. Wieħed li jrid isir b’reqqa kbira, iktar u iktar meta qed imiss ma’ dawk li huma fil-poter.

Proċedura

9. Hu min hu, min iwettaq dawn id-delitti għandu jiġi pproċessat, dejjem jekk wettaqhom. Hija dikjarazzjoni ta’ ċiviltà li ma nippermettux li min, dejjem jekk ikun wettaqhom, jaħrab b’impunità. Imma f’dan irid jiġi aċċettat li dak li sar sa issa minn dik il-Qorti la huwa illegali u anqas diskriminatorju. Jista’ jiġi kontestat u difiż skont l-Istatut. Biss, huwa żbaljat li Stati demokratiċi, b’xi mod, jibgħatu l-messaġġ li jistgħu jiġu permessi atti kriminali gravi bħal dawn mingħajr ma jiġu nvestigati u pproċessati. Ħadd m’għandu jieħu l-arloġġ lura qabel l-1945. Għax hemm, flok inkunu fid-Dritt immorru biex inkunu lura kif konna, bla Dritt.

IL-KALKARA - BIGHI - TISWIJIET

22861. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li t-tiswijiet f’Bighi, fil-Kalkara jiġu konklużi u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li hekk kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, dan ix-xogħol qiegħed isir minn Infrastruttura Malta, permezz ta’ kuntrattur mqabbad minnha.  Wara li tneħħa l-materjal kollu li kien hemm wara l-ħajt ikkolassat, u ġew ikkonsolidati t-truf tal-ħajt li baqa’ wieqaf, issa nbeda t-tfassil tax-xogħol mill-baħar.  Għalhekk, f’dan l-istadju huwa prematur li wieħed jagħti dati ta’ meta ser jitlesta x-xogħol ta’ restawr ta’ dan il-ħajt.  L-istess jista’ jingħad għal kemm huwa previst li jiswew dawn ix-xogħolijiet.

 

Seduta  284

25/11/2024

SPTAR SAN LUQA - TINDIF U L-MANUTENZJONI TAS-SOQFA

22860. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex isir t-tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa ta’ dak li qabel kien l-Isptar San Luqa u jekk iva jista’ jgħid meta l-aħħar li sar dan?

 

06/11/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninsab infurmat li bħalissa għadejjin xogħlijiet ta’ spezzjonijiet u skond ir-riżultat tal-esperti jkunu jistgħu isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fejn u jekk hu meħtieġ.

 

Seduta  284

25/11/2024

 

UKRAINA - GĦAJNUNA UMANITARJA - FONDI

22859. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm għadda fondi pajjiżna u kull xort’oħra ta’ għajnuna umanitarja lill-poplu fl-Ukraina kemm ilu li qam il-konflitt?

06/11/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, Malta rreaġixxiet mill-ewwel billi offriet konsenja ta' mediċini u tagħmir mediku li jiswa €1.4 miljun, li waslet fl-Ukrajna fit-22 ta’ Marzu 2022.

Permezz ta’ fondi umanitarji u ta’ żvilupp, Malta għamlet kontribuzzjonijiet sinifikanti lejn organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Maqgħuda li qed jipprovdu assistenza umanitarja fl-Ukrajna. Lejn it-tmiem tal-2022, Malta xtrat żewġ ġeneraturi li jiswew €52,000 sabiex tappoġġja l-Proġett ta’ Winterization fl-Ukrajna. Barra minn hekk, Malta wieġbet għal diversi appelli umanitarji minn organizzazzjonijiet internazzjonali prestiġġjużi, fosthom aġenziji tan-Nazzjonijiet Maqghuda, biex tgħin lill-Ukrajna u pajjiżi milquta oħra, partikolarment fir-reġjuni ġirien li laqgħu influssi ta’ refuġjati Ukreni ġewwa pajjiżhom. 

Bejn Frar u Lulju tas-sena 2023, wara sforz kollaborattiv bejn dawk li kienu, Ministeri responsabbli għas-Saħħa, għall-Intern, għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Malta bagħtet 20 ġeneratur tal-elettriku addizzjonali u ammont sostanzjali ta’ tagħmir mediku lejn l-Ukrajna.  Bejn April u Ottubru tal-istess sena, intefqu ‘l fuq minn €196,000 bħalha appoġġ għall-inizjattivi umanitarji ta’ tneħħija tal-mini, li huma kruċjali għall-ħidmiet ta’ rikostruzzjoni. L-għajnuna għadha sejra mill-ewwel ġurnata tal-invażjoni.

Riċentement, f’Ottubru Malta ffirmat ftehim ma’ Project Hope, wara li identifikat klinika fil-Kyiv Oblast li teħtieġ rinnovar immedjat. Project HOPE hija organizzazzjoni globali tas-saħħa u umanitarja b’aktar minn 65 sena esperjenza fit-titjib tas-saħħa u l-benesseri tal-komunitajiet madwar id-dinja. Se nkunu qed ninvestu €75,000 din is-sena.  Dan l-impenn juri wkoll appoġġ konkret wara żjara li għamilt fl-Ukrajna aktar kmieni din is-sena, fejn żort waħda mill-iskejjel mibnija mill-ġdid tagħhom.

S’issa b’kollox, Malta kkontribwixxiet €613,814 f’għajnuna finanzjarja umanitarja u €1,905,547 oħra f’għajnuna in-kind, inkluż provvisti mediċi, tagħmir tal-enerġija, u ditekters tal-mini. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma immirati sabiex itaffu t-tbatijiet tal-popolazzjoni Ukrena. Malta bi ħsiebha tkompli tindirizza l-konsegwenzi tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna kemm b’mod bilaterali kif ukoll permezz ta’ inizjattivi multilaterali. 

Rigward għajnuna li għamilna ġewwa Malta li nista’ nsemmi huma dawn:  Malta pprovdiet ukoll kura medika lil 325 ċittadin Ukren li jinsabu f’Malta. Il-valur tal-kura medika li rċevew jammonta għal €86,310.95.

Permezz tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Ogħla u Aktar Avvanzata, Malta neħħiet €1,970 f’miżati tal-MQRIC għal 34 applikant Ukren. Is-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Iskejjel ipprovdew ukoll għajnuna b’materjal edukattiv lil 214 -il student Ukren, biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fl-iskejjel Maltin. Din l-għajnuna kienet tikkonsisti f’uniformijiet, ikel, fotokopji, kartolerija u aċċess għal attivitajiet edukattivi u rikreattivi wara l-iskola.  Għas-sena skolastika 2022/2023 din l-għajnuna kienet tammonta għal €179,042.  Barra minn hekk, iċ-ċittadini Ukreni li għandhom status ta’ Protezzjoni Temporanja huma eżentati minn miżati internazzjonali meta jkunu rreġistrati studenti barranin f’Istituzzjonijiet Edukattivi tal-Istat, biex b’hekk jiġi żgurat l-aċċess għall-edukazzjoni mingħajr piżijiet finanzjarji.

 

Seduta  284

25/11/2024

GAŻA - GĦAJNUNA UMANITARJA - FONDI

22858. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm għadda fondi pajjiżna u kull xort’oħra ta’ għajnuna umanitarja lill-poplu f’Gaża kemm ilu li qam il-konflitt?

 

06/11/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa marbuta ma’ bosta inizjattivi ta’ għajnuna diretta lill-poplu Palestinjan f’Gaża, ix-Xatt tal-Punent u lil hinn, minn Ottubru 2023 lil hawn, kienet tammonta ‘l fuq minn 630,000 ewro, kif qed jiġi spjegat hekk kif ġej.

Minn perspettiva ta' assistenza finanzjarja, Malta għenet b'total ta' €415,000 minn Ottubru 2023 'l hawn lil diversi għaqdiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u tas-Salib l-Aħmar li qed joperaw f'Gaża. Dan l-ammont kien imqassam b’mod speċifiku għal UNRWA, Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-għajnuna u x-Xogħlijiet fost ir-Refuġjati Palestinjani (€225,000), WFP Il-Programm Dinji tal-Ikel (€25,000), FAO Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (€50,000), ICRC Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (€40,000), World Central Kitchen (€50,000) u l-Għaqda tas-Salib l-Aħmar Eġizzjana (€25,000).

F’koperazzjoni mal-pubbliku, is-settur volontarju, il-Protezzjoni Ċivili, u l-Ministeru tas-Saħħa, Malta organizzat donazzjonijiet ta' mediċina, ikel u affarijiet bżonnjużi oħra, fejn inħarġet spiża ta' €2,323 biex jintbagħat kontejner. Il-mediċina provduta mit-Taqsima Ċentrali ta’ Akkwist u Provvisti tammonta għal €4,653.59.

Barra minn hekk, Malta għenet refuġjati Palestinjani fil-Libanu u fis-Sirja, b’kontribuzzjoni ta’ €175,000 fil-qasam umanitarju lejn għaqdiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u s-settur volontarju, fosthom IFRC Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-nofs Qamar l-Aħmar, UNHCR Kummissarjat Għoli tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati, WFP Il-Programm Dinji tal-ikel, OCHA Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji u YMCA L-Għaqda Nisranija tal-Irġiel Żgħażagħ.

Fl-istess waqt, minkejja s-sitwazzjoni ħażina f’Gaża, iddeċidejna li nkomplu noffru għadd ta’ boroż ta’ studju kif nagħmlu kull sena fil-grad ta' Masters, b'għanijiet li jinkludu reżoluzzjoni tal-kunflitti u s-sigurtà fil-Mediterran, għajnuna umanitarja (€54,300), u fid-diplomazija (€30,000). Għas-sena akkademika 2024/2025, dawn jammontaw għal total ta' €84,300. Dawn il-boroż ta’ studju qegħdin jiġu ipprovduti mill- Università ta’ Malta u iffinanzjati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l- Kummerċ.

Seduta  284

25/11/2024

SANTA LUĊIJA - TRIQ DAWRET IT-TORRI - ZEBRA CROSSING

22857. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm zebra crossing fl-aħħar parti ta’ Triq Dawret it-Torri f’Santa Luċija fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa?

 

06/11/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Lulju tas-sena 2024 l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta approvat pedestrian crossing fi Triq Dawret it-Torri, Santa Luċija.

Seduta  284

25/11/2024

SANTA LUĊIJA - TRIQ DAWRET IT-TORRI - ZEBRA CROSSING

22856. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm zebra crossing fl-aħħar parti ta’ Triq Dawret it-Torri f’Santa Luċija fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa?

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Seduta  284

25/11/2024

DAK LI L-POPLU JIPPRETENDI

1. Il-politika ssir fuq livelli varji. Hemm livelli li jsiru bis-serjetà u hemm dawk li jsiru b’ferm inqas. Il-preparazzjoni għall-ħidma f’dan is-settur, fil-fehma tiegħi titlob żewġ fatturi: qari sod u esperjenza. Il-qari, li llum mhuwiex daqshekk moda. Anzi, minn dak li qed naraw sena wara sena, l-infieq fuq il-kotba mhuwiex jiżdied. La mill-Gvern biex ikompli jibni l-libreriji pubbliċi tiegħu, u lanqas mill-bnedmin fuq dawn il-gżejjer li jagħżlu ktieb bħala rigal għalihom jew għall-oħrajn. L-użu tal-kotba naqas, mentri rridu naċċettaw li f’dan is-settur, il-materjal miġbur biex jibni kultura politika jinsab fl-esperjenzi umani u fir-rakkonti storiċi miktuba. Hemm min jaħseb li l-ħażen personali, jew l-għaqal kbir tiegħu huwa biżżejjed, mentri mhuwiex. Iżda l-poplu jippretendi politiċi tajba, kif kienu ta’ qabilhom.

M’għandux bżonn

2. F’dan hemm l-għarfien ulterjuri li wieħed jiddikjara li jaqra. Hemm min jaħseb li dan mhuwiex ser iżidlu bil-ħafna l-appoġġ elettorali. Iktar minn hekk hemm min, b’mod żbaljat iktar jafda fl-immaġini tiegħu, kif jilbes, ma’ min jidher, milli fil-bżonn li jifforma ruħu internament. Nagħraf li l-politika mhijiex faċli, u għalkemm għal xi wħud tidher li hija hekk, fil-fatt mhijiex. Titlob ħafna sagrifiċċji u attenzjoni għad-dettalji. Titlob impenn u dedikazzjoni, li ħafna jaħsbu li jistgħu jaħarbu minnhom. Jaħsbu li hija biss kif tressaq id-diskorsi, kif tiġġestikula u fl-istess ħin kif taqra dak li ħaddieħor ikunu kitiblek biex taqra. Imma l-politika mhijiex hekk. Hija ferm aktar. Trid determinazzjoni u element konsistenti ta’ passjoni. Dan, il-poplu jippretendih iktar.

Għala trid dan?

3. Il-politika titlob li bniedem jaħdem fiha għall-oħrajn. Jiddedika ħafna mill-ħin tiegħu biex jifhem sewwa kif jista’ jagħmel ħidma tajba. Dik li twasslu jirbaħ iktar lilu nnifsu biex jibqa’ għaddej, anke jekk ikun għadda minn ħafna matul il-ġurnata tiegħu. Dan jista’ jwettqu b’din il-linja perseveranti għax fih ikollu l-passjoni li jħobb sew dak li qiegħed jagħmel, u l-iktar, għal min qed iwettqu. Mingħajr dan l-element essenzjali, wieħed ikun id-dell ta’ politiku li għandu jkun. Jispiċċa fl-artifiċjalità, fil-kliem sabiħ, fid-diskors diplomatiku attent, mimli b’tifħir vojt li bih la jinbagħad minn naħa u lanqas minn oħra. Fejn jispiċċa mingħajr pożizzjoni. F’dan hemm dawk li jieħdu pjaċir b’min jinċensahom. Dawk li jidhru li jridu jibilgħu l-lixka billi jaħsbu li min qiegħed jindirizzahom qed iqishom bħala l-aqwa u l-aktar tajbin. Mentri fil-fatt dan kollu jressaq lejn l-artifiċjalità li titwieled mill-punt li għax għandi bżonnok, għax għandek il-poter f’idejk, allura nieħu ħsieb infaħħrek. Mhux biss, imma din il-kwalità essenzjali taqta’ barra l-politika mill-ekonomija. M’hemmx prezz f’din il-ħidma, jew unur li jistgħu jinxtraw. Hemm separazzjoni ċara li l-poplu jippretendi.

Awtentiċità

4. Il-politika titlob verità. Titlob li wieħed ikun dak li huwa, u mhux dak li ħaddieħor jippretendih li jkun. F’dan jitlob li ma tkunx kopja ta’ oħrajn. Tkun, fil-fatt, awtentiku. Tgħid li trid u li taħseb li huwa ġust li jingħad għax taf li qiegħed taqbeż għall-ġustizzja. Kif f’dan tista’ sservi sabiex tgħin li jitwelled is-Sewwa f’soċjetà li hija mxennqa għal dak li huwa bbażat fuq il-prinċipji fundamentali tal-ħajja. Kif, fil-pożizzjoni li għandna ta’ Stat Demokratiku li jaċċetta li għandu ħafna x’jibdel u jimplimenta, dan jibqa’ ma jwettqux. Jibqa’ għaddej fl-amministrazzjoni ta’ kull ġurnata mingħajr ma jirreġistra passi ’l quddiem lejn il-ġid komuni. L-Istat immexxi mertu taċ-Ċivil tiegħu iktar milli tal-viżjoni li għandu jkun hemm tal-politiċi. Proprju l-kontra ta’ dak li l-poplu jippretendi minna.

Eżempji żbaljati

5. Hemm, iva, f’dawn l-aħħar għaxar snin skorruti, l-eżempju żbaljat ta’ politika li saret fil-paraventu estern. Iva, hemm politiċi li żbaljaw u għadhom fejn m’għandhomx ikunu, u fejn ta’ qabilhom ma waqgħux. Imma dan ma jfissirx li l-politika t-tajba spiċċat. Anqas ma jfisser li ma hemmx politiċi serji fil-Parlament. Wisq inqas li ma hemmx min huwa mħajjar, u għandu jiġi mħajjar jieħu sehem politiku. Persuna jkollha fiha elementi essenzjali li l-esperjenza tkabbar u tikkoltiva. Ma’ din l-esperjenza hemm l-intuwizzjoni, l-għarfien taċ-ċirkostanzi u l-mument ideali. Kif jgħid Tony Blair, li jaħseb li la l-intelliġenza u anqas l-ideat, li huma kwalitajiet importanti, imma: “... none of that is the most important thing for a politician. It is intuition – what to do, when to do it, how to say it, how to bring people along.” Dan jiġi b’taħlit ta’ talenti, imma tikber aktar meta tterraq it-triq politika tiegħek.

Tweġiba

6. Fuq kollox, f’dan kollu hemm il-formazzjoni ta’ prinċipji. Tagħraf li għandek programm politiku li huwa bbażat fuq direzzjoni ideoloġika ċara. Tagħżel jekk intix Demokristjan, Soċjalist, Konservattiv, Liberali, jew le. Tifhem li jekk ma jkollokx boxxla politika ċara ġewwa fik, tmur fejn tmur ser jieħdok ir-riħ u jkaxkrek il-kurrent. Tispiċċa bla valur. Tispiċċa dak bla ebda sustanza vera: dik li l-poplu jippretendi li jkollok. Tispiċċa bħala parti minn dak il-melħ li m’għadx għandu iktar togħma. Fejn hemm tkun missejt l-agħar pożizzjoni li politiċi oħra f’pajjiżna messew magħha u li għalhekk ġew imkasbra. Din hija t-tweġiba tiegħi għal persuna li għadha fil-bidu ta’ ħajjitha fil-politika u li staqsietni, skont jien, x’inhuma l-kwalitajiet essenzjali ta’ politiku u x’jippretendi l-poplu li jkollu.

21.11.24

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22106. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjonim’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta  281

19/11/2024

MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22105. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. CLINT CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ma għandu l-ebda direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024. Għaldaqstant, il-Ministeru ma għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta  281

19/11/2024

MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22104. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. JULIA FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta  281

19/11/2024

MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22103. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sa issa, l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta  281

19/11/2024

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22102. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta  281

19/11/2024

MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22101. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta  281

19/11/2024

MA TISTAX TMERIHOM

1. Il-ktieb awtobijografiku ta’ Peter Mandelson, The Third Man, huwa mimli b’ideat u riflessjonijiet varji. Pjaċevoli biex taqrah anki jekk ġej minn linja politika differenti. Jiddeskrivi kif saret il-ħidma biex il-Partit Laburista Ingliż seta’ jikseb lura l-Gvern. F’mument minnhom huwa jgħid hekk dwar dan il-partit, u dan wara li kien reġa’ ġarrab telfa qawwija oħra: “We could not make policy on the simple basis that everything that the Tory government did was wrong. That risked just failing to take on board policies that might be right, but could leave us opposing policies of far greater benefit to our own voters than anything we are offering.” (Ma stajniex inwettqu politika fuq il-bażi sempliċi li dak kollu li kien qiegħed jagħmel Gvern Konservattiv kien ħażin. Dak kellu u għandu s-sogru li ma taċċettax linji politiċi li jistgħu jkunu tajbin, imma wkoll li nopponu għall-politika li tista’ tkun qed twettaq aktar ġid lill-elettorat tagħna minn dak li nistgħu noffru aħna.) Proċess ta’ għarfien, u fl-istess ħin preparazzjoni lejn il-bidla.

Direzzjonijiet

2. Fil-politika hemm linja ta’ attività li numru ta’ drabi partiti politiċi ma jagħrfux jibdlu u jiddistakkaw ruħhom minnhom. Jispiċċaw jaħsbu li kollox huwa l-istess bħal qabel. Jaħsbu li dak li ħadem xi darba fil-passat ser jibqa’ jirnexxi fil-futur. Jieħdu l-linja li m’għandhomx bżonn jifhmu dak li hu għaddej u għalhekk, f’dan, kif ma’ kull appuntament elettorali x-xenarju huwa differenti. Jaħsbu li tant jafu kollox li għandhom formula maġika speċjali u mistura li tista’ tiġi mqegħda fis-seħħ f’kull okkażjoni u ċirkostanza. Imma dan mhuwiex minnu u l-esperjenzi ta’ elezzjonijiet varji fid-dinja, kif ukoll dawk fuq dawn il-gżejjer, juruk il-kontra. F’dan, għalhekk, hemm dejjem il-biża’ li wieħed jaqa’ fil-linja ta’ politika atavistika. Dik proprju li tirrepeti dak li sar qabel mingħajr ma taħseb x’qiegħed twettaq.

L-aħħar riżultat

3. F’dan huwa aktar evidenti r-riżultat elettorali li kien hemm ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika. Il-kampanja ta’ Donald Trump kienet aħjar għax ħadet ħsieb li ma jiġux ripetuti l-istess żbalji li kienu saru qabel. Mhux biss, imma ma’ dan anqas ma saret l-istess kampanja elettorali li wieħed seta’ jippretendi. F’ħafna kienet kompletament ġdida. Wasal b’użu aħjar u ferm iktar tal-“influencers”. Magħha wkoll ħidmet Elon Musk, li ġie bil-kaxxa distinta tiegħu. Fil-kamp tal-Partit Repubblikan fehmu li jekk kien hemm possibilità ta’ rebħa, din kienet tiddependi fuq bidla. Mhux ripetizzjoni passata. Fehmu u wettquha. Veru li mhux kull persuna kienet konvinta. Biss, il-partit fehem ukoll li jrid jibda mill-bidu u daħal fi proċess twil u kkumplikat li jagħżel kandidat fil-magħrufa ‘Primaries’. Fejn Trump ġie kontestat, però ma kienx hemm alternattiva għalih. Xorta t-triq kienet mimlija sfidi xejn faċli li tegħleb. Mal-maġġoranza kellu immaġini mhux daqshekk qawwija, fid-dell tal-fatt li diversi kienu ħarġu biex jivvutaw kontra tiegħu proprju minħabba l-erba’ snin tal-presidenza li kellu.

Disfatta

4. Dan aktar u aktar sarraf proprju kemm kien diffiċli ħafna biex jiġi elett mill-ġdid. Dan għax, l-ewwel, kien jidher ferm aktar estrem wara l-attakk li seħħ fuq il-Capitol Hill; it-tieni, deher maqtugħ mill-pajjiż; u t-tielet, kien hemm l-isfond ta’ ġlied intern fil-partit li kien qawwi. F’ħafna kien ġej mill-pożizzjoni li kien mehdi jibla’ l-fwieħa tal-propaganda tiegħu stess. Jemminha meta ma kellux. Imma l-fatt huwa li Trump, fl-aħħar riżultat żamm l-elettorat li kellu. Ma żiedx fuq l-aħħar elezzjoni tal-2019, imma fin-nuqqas tad-Demokratiċi, li minflok naqqsu verament sew, ġieb il-maġġoranza. Li huwa riżultat li seħħ mhux biss minħabba l-isforzi li saru mill-kamp Repubblikan, imma ċertament ukoll aktar minħabba l-iżbalji tal-amministrazzjoni tal-President Joe Biden.

Telfa

5. F’dan ukoll, fuq in-naħa l-oħra, ċertament il-Partit Demokratiku jrid iħares lejn dak li wassal għal dan kollu. Għall-ewwel darba f’dawn l-aħħar għaxar snin tilef il-maġġoranza tal-voti, dik fis-Senat u fil-Kamra tad-Deputati. Hemm raġunijiet varji, l-iktar in-nuqqast ta’ preparazzjoni ta’ kampanja elettorali ċċentrata fuq kandidat li ma baqax. Kien żball politiku li ma bediex il-proċess ta’ għażla ta’ kandidat ġdid għal Joe Biden. Kien biss tlett xhur qabel, u dan verament fl-aħħarnett li huwa għażel li jieħu pass lura. Kien żball strateġiku u f’dan kien jaqbel li jieħdu ferm qabel. Dan aktar u aktar meta l-elettorat kien qiegħed juri li kien diġà mdejjaq sena qabel bil-pożizzjoni ta’ inċertezza li fl-aħħar żviluppat fix-xenarju internazzjonali. Mis-7 ta’ Ottubru 2023, il-pożizzjoni marret għall-agħar. Ħafna qabblu dan ma’ dak li Jimmy Carter mess fil-kriżi tal-Ambaxxata Amerikana f’Teheran. Meta Carter deher inkapaċi u inċert, bil-pajjiż umiljat. Dak li proprju wassal lil Ronald Reagan jirbaħ mingħajr diffikultà fi kważi kull stat.

Ħeġġa

6. Imma hemm l-aspett personali. Ċertament kien diffiċli ħafna biex Biden u l-Partit Demokratiku jgħaddu minn dan il-proċess sħiħ. Iktar quddiem il-pożizzjoni li l-fatti kienu qed juruk x’inhuwa ġej għalik. Meta fil-fatt ma tagħtix każ tagħhom, tibqa’ twettaq dak li għamilt qabel u ma tibdilx. Hemm meta l-ħeġġa u d-determinazzjoni biex wieħed jirbaħ elezzjoni jintilfu proprju minħabba dawn l-iżbalji. Meta wara jkun ferm aktar diffiċli biex iġġib il-kunsens elettorali. Meta s-sitwazzjoni tkun nieżla aktar ’l isfel, kif kellhom. Meta jgħaddu kemm jgħaddu xhur, u jagħmel kemm jagħmel awtogoals l-avversarju tibqa’ nieżel, trid tiddeċiedi. Kien żball li baqgħu jittamaw li ċ-ċirkostanzi ser jinbidlu u jitilgħu ’l fuq, għax minflok, marru iktar ’l isfel. F’dan, għalhekk, il-Partit Demokratiku falla, u fuq din l-esperjenza qarsa ħafna jrid jitgħallem lezzjoni kbira. Jifhem li l-fatti u l-figuri tista’ taħrabhom, imma ma tistax tmerihom.

MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22100. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlementari 18537.

 

Seduta  280

18/11/2024

MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22099. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Seduta  280

18/11/2024

MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22098. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. ANTON REFALO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Seduta  280

18/11/2024

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22097. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?

 

18/10/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Lulju u Diċembru ta’ din is-sena hemm skedati li nattendi għal-laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali f'Novembru, kif ukoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern, f'Diċembru. It-tnejn li huma ġewwa Brussell.

 

Seduta  280

18/11/2024

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22096. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?

 

18/10/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024 il-Ministru attenda l-Kunsill Formali tal-Affarijiet Interni ta’ Ġunju fil-Lussemburgu, u l-Kunsill Formali tal-Affarijiet Interni ta’ Ottubru fil-Lussemburgu. Il-Ministru qed jippjana li jattendi l-Kunsill FAC (Difiża) ta’ Novembru fi Brussell u l-Kunsill Formali tal-Affarijiet Interni ta’ Diċembru fi Brussell.

 

Seduta  280

18/11/2024

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22095. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?

 

18/10/2024

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:

 

DATI TAL-LAQGĦAT

  LAQGĦA

15-16 ta' Lulju 2024

EUROGROUP / ECOFIN

13-14 ta' Settembru 2024

EUROGROUP / Informal ECOFIN

7-8 ta' Ottubru 2024

EUROGROUP / ECOFIN

9-10 ta Diċembru 2024

EUROGROUP / ECOFIN

Seduta  280

18/11/2024

JIXIRQILNA AĦJAR

1. Għandna f’dawn il-jiem nistaqsu x’wassalna biex niġu fejn aħna? Nistaqsu kif il-Gvern jidher li tilef aktar kompletament il-boxxla politika tiegħu. Dik li tassigura li l-pajjiż jitmexxa kif għandu jkun. Dak li fil-fatt kull ċittadin jippretendi li jkollu. Jippretendi minn dawk li jmexxuh li għandhom jagħrfu dak li huwa sewwa minn dak li mhuwiex. Jagħrfu kif għandhom iġpibu ruħhom u dak li m’għandhomx iwettqu. Hemm regoli ċari u fundamentali li f’kull politiku għandhom ikunu ħajja ġewwa fih. Hemm ukoll diversi oħrajn, aktar dettaljati, li jinkitbu bħala gwida u direzzjoni li wieħed hu mistenni li jsegwi f’numru ta’ sitwazzjonijiet li d-dinja aktar avvanzata tippreżenta. Imma f’dan, ċertament, indipendentement mill-proposti li politiku jista’ jiġi bihom, hemm bażi minimu li wieħed jistenna l-iktar fl-importanza li ma tħallatx.

Personali

2. L-iktar f’ideat ispirati wkoll minn dik l-imġieba politika Svediża: dak li huwa tal-Istat għandu jiġi rispettat u ma jitħallatx. Il-politiku jrid ikun l-aħħar fost dawk fis-soċjetà, Jistenna bħall-oħrajn u wara l-oħrajn, u mhux jaqbeż is-serbut. Wisq aktar il-lezzjoni li int li tinsab viċin il-poter u l-finanzi tiegħu ma tistax tmisshom biex tieħu vantaġġ int jew dawk l-iktar madwarek. Fil-verità, tant dan huwa importanti u din l-imġieba mistennija mill-poplu tagħna, li anki jekk politiku, ministru għandu “dritt” ċar u leġittimu għal xi ħaġa, xorta jkun dejjem aħjar li jagħżel li joqgħod pass lura. Il-personali tibqa’ dik li trid tiġi sagrifikata f’isem il-pubbliku li inti, bħala politiku, tirrappreżenta. F’dan forsi aktar ukoll irridu nifhmu li hemm bżonn kultura politika ffurmata biex tagħżel timxi tajjeb f’dak li l-ħajja tagħti. Dejjem iktar tifred il-personali minn dak li huwa tal-pubbliku.

Esperjenza

3. L-esperjenza politika turi li kull partit irid, f’xi mument, jieħu r-responsabbiltà ta’ dawk li għandu miegħu. Id-deċiżjonijiet f’dan, illum jew għada, wieħed jistenna li inevitabbilment għandu jagħti rendikont tagħhom. Hemm punt kruċjali ta’ trasparenza li f’demokrazija moderna huwa inevitabbli. Ma tistax taħrab minnu. Forsi tittardja, imma llum jew għada hemm dak l-appuntament inevitabbli. Dan dirett f’min ma jkollux esperjenza hu jew inkella ma jiġix iggwidat sewwa. Fil-fatt nagħrfu li jispiċċa jdaħħal ruħu fl-isqaq li ma joħroġx minnu. Dak li flok jagħraf li ma għandux jieħu, jispiċċa fil-fatt jaqa’ fih. Il-politika vera, awtentika, tgħallmek li l-iżbalji, illum jew għada ser joħorġu barra. Jew toħroġhom int, inkella joħorġuhomlok.

Tnejn

4. F’dan hemm iktar responsabbiltà politika meta tikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ. Għax huwa magħruf li Ministru jista’, fin-nuqqas ta’ attenzjoni jew fl-attenzjoni żejda, jagħti preferenza lil min m’għandux. Dak fih il-piż tiegħu. Imma meta jkollok tnejn li “jgħinu” lil xulxin, allura hemm piż politiku akbar. Mhux biss, imma meta f’dik il-linja jsir il-“pjaċir” li qed jgħin sabiex min m’għandux jitħallas minn fondi pubbliċi, il-pożizzjoni ssir waħda aktar serja. Turi nuqqasijiet li ma jagħmlux ġieħ, u la lilhom stess u wisq inqas lill-Gvern li jirrappreżentaw. Iktar u iktar meta l-poplu jagħmel distinzjoni ċara bejn il-politiku u l-persuna li l-aktar għandu qrib tiegħu. Il-poplu jivvota għall-politiku, u mhux għal min huwa viċin tiegħu. Ir-responsabbiltà hija tiegħu, u fuqu.

Tibni rabja

5. Mhux fuq min wettaq biss, imma aktar fuq min hu mistenni li jiċċensura u li jieħu l-passi neċessarji fil-konfront ta’ min wettaq li wettaq. Meta jkun hemm toroq oħra li jittieħdu, l-iktar dawk li tipprova tgħid li kollox huwa sew għal intalbet skuża, il-kwistjoni tikkomplika ruħha aktar. Mhux faċli tiddixiplina lil min għandek madwarek. U taf ukoll li anke jekk twettaq dak li għandek, xorta se jkun hemm min jeħodha kontra tiegħek. Imma hemm dejjem il-konfort li dmirek wettaqtu. F’dan proprju fil-linja li ħa l-Gvern li hemm, kif ingħad tant tajjeb minn Evarist Bartolo, il-proċess ta’ rabja li tinbena fil-kwiet tad-djar tal-poplu. Dawk li josservaw dak li jkun għaddej u jiddeċiedu. Dawk li jistgħu jagħżlu, fil-kundanna tagħhom, li ma jkomplux jappoġġjaw lill-Gvern. Dawk li jistgħu jastjenu, inkella li jibdlu l-preferenza tagħhom.

M’għandniex

6. F’dan kollu però huwa iktar ċar li dak li huwa sempliċi rnexxielna nikkumplikawh. Il-linja li hija dritta tgħawwġet b’mod u manjiera li l-fiduċja fit-tmexxija politika qegħda tonqos sew. Il-Gvern qiegħed fi kriżi permanenti li ma jistax isib lil min joħorġu mid-deżert li daħal fih. Iktar u iktar fid-dawl li din kienet sena li tulha, xahar wara xahar, għaddejna minn lista ta’ nuqqasijiet gravi. F’dan, għalhekk, huwa leġittimu li wieħed jimmarka li f’dawn it-tnax-il sena skorruti, il-pajjiż ma tantx mar ’il quddiem fil-kwalità tat-tmexxija politika. Dan huwa magħruf u aċċettat minn ħafna. Proprju aktar f’dan, il-pożizzjoni politika timmerita li tinbidel sew, għax pajjiżna jixraqlu ferm u ferm aħjar.

14.11.24

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt u pparteċipajt fil-laqgħat msemmija hawn taħt:

Lulju 2024 - FAC fi Brussell (ġejt mistieden);

Awwissu 2024 - Gymnich, Brussell (ġejt mistieden);

Settembru 2024 -  Attendejt u pparteċipajt fil-FAC VTC Straordinarju;

Settembru 2024 - Attendejt u pparteċipajt fil-FMs informali tal-UE, fil-marġini tal-UNGA fi New York;

Ottubru 2024 – Attendejt u pparteċipajt fil-FAC u anke fil-GAC fil-Lussemburgu;

Ottubru 2024 - Kunsill tal-Affarijiet Barranin Informali fuq Kummerċ f’Budapest, l-Ungerija (ġejt mistieden);

Novembru 2024 –  Se nattendi l-FAC fi Brussell, waqt li l-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni se jattendi l-GAC fi Brussell;

Novembru 2024 - Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq Kummerċ fi Brussell (ġejt mistieden);

Diċembru 2024 –  Se nattendi u se nipparteċipa fl-FAC u ġejt mistieden għall-GAC fi Brussell;

Diċembru 2024 – Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq Żvilupp (ġejt mistieden).

 

Seduta  277

12/11/2024

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22087. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?

 

18/10/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul it-tieni sitt xhur tas-sena mistenni nattendi għall-Kunsill tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport li se jsir bejn il-25 u s-26 ta’ Novembru.

 

Seduta  277

12/11/2024

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22086. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?

 

18/10/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ottubru attendejt għall-Kunsill Ministerjali kemm tal-Enerġija kif ukoll dak tal-Ambjent. Bħala prassi, u sa fejn ikun possibbli, jien nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta  277

12/11/2024

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22085. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?

 

18/10/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li  f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024 ippartecipajt f’laqgħa informali tal-Ministri tat-Trasport li saret f’ Budapest, bejn id-19 u l-20 ta’ Settembru.                    

Barra minn hekk, bħala parti mill-impenji li ġejjin, se nkun qed nattendi wkoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport li ser isir fil-5 ta’ Diċembru fi Brussell.

 

Seduta  277

12/11/2024

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22084. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?

 

18/10/2024

 

ONOR. ANTON REFALO:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-lista segwenti ta’ laqgħat li attendejt fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa:

1.           15 ta' Lulju                         Kunsill Agrifish fi Brussell

2.           8-10 ta’ Settembru             Agrifish Informali f’Budapest

3.           23 ta' Settembru                 Kunsill Agrifish fi Brussell

4.           Mill-21 sat-22 ta' Ottubru Kunsill Agrifish fil-Lussemburgu

 

Mistenni nattendi wkoll il-Kunsill tal-Agrifish fi Brussell bejn id-9 u l-10 ta’ Diċembru 2024.

 

Seduta  277

12/11/2024

Y-PLATES - KAMPANJI EDUKATTIVI GĦAS-SEWWIEQA

22083. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21180, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux kampanji edukattivi aktar diretti matul dawn it-tliet xhur, billi diversi drabi sewwieqa tal-Y-Plates jaqbdu u jieqfu mar-roundabouts?

 

18/10/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta tara li r-regoli tas-sewqan jiġu osservati minn kull sewwieq fit-toroq ta’ pajjiżna, kemm dawk li jsuqu vetturi privati, dawk kummerċjali, kif ukoll sewwieqa tal-Y Plates. Dan is-suġġett ser ikun qed jifforma parti mill-kampanja edukattiva li ser titnieda fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Seduta  277

12/11/2024

ĦITAN TA' APPOĠĠ

1. Ftit jiem ilu, dawk li semgħu l-aħbarijiet ġew imfakkra b’dak li seħħ ħamsa u tletin sena ilu. Ġiebu lura quddiemhom, għal dawk li kienu ġarrbuhom, dawk il-jiem li bdew mid-9 ta’ Novembru 1989. Kif f’daqqa waħda, dak li kien jidher tant sod, beda jitmermer f’daqqa quddiemna. Ir-renji, il-poteri politiċi filli jkunu jidhru invinċibbli u filli jikkrollaw quddiemna. Ħadd ma kien jaħseb li dan kien ser iseħħ, għalkemm diversi kellhom dejjem it-tama. Forsi ftit aktar, ċertament ħadd ma basar li dak kien il-mument, wisq inqas li dik kellha tkun it-triq. Dik li twassal, l-ewwel għall-waqgħa ta’ dak li beda jinbena fit-13 ta’ Awissu 1961, il-Ħajt ta’ Berlin, u li fired il-belt fi tnejn. Wara, it-tmiem tal-imperu li kien inbena mill-Unjoni Sovjetika wara r-Rivoluzzjoni.

Straħna

2. Waqt li ċertament ħafna ma ħasbux li ser iseħħ, ladarba twaqqa’ min-nies u l-fruntieri li qabel kienu miżmuma b’saħħa spiċċaw, kienu diversi li straħu. Kien hemm mewġa kbira ta’ arja ta’ libertà. Dik umana. Dik li tippermetti lill-bnedmin jgħixu u jilliberaw ruħhom mill-ħakma Sovjetika. Dik li welldet it-tama li issa stajna ngħixu fil-paċi, ’il bgħid mill-biża’ ta’ gwerra nukleari bejn iż-żewġ potenzi li kellna. Bieb għal futur isbaħ u ħarsa lejn dak li d-dinja issa setgħet tmur fih mhux ixekkla. Forsi f’dan, diversi skoprew realtajiet differenti. Iktar minn hekk kien hemm ukoll min, fil-vantaġġi politiċi tas-sitwazzjoni, mexa u wettaq dak li ma kellux. Biss, f’ħafna, ma konniex ippreparati għaliha.

Riżentimenti

3. F’dan, iktar twieldu riżentimenti, speċjalment fil-mod ta’ kif popli ġew trattati u sfruttati ekonomikament. Kien hemm prezz għal-libertà, imma kien għoli ferm aktar milli dawk li kienu maħkuma setgħu jaħsbu. Is-snin ta’ wara l-liberazzjoni kienu iebsa ħafna, u s-soċjetà nqasmet iktar. Dawk li ġew mid-dinja demokratika damu biex fehmu x’kellhom jagħmlu, u wħud ħasbu li setgħu jumiljaw lil min ma kellhomx. Twieldet żerriegħa li minnha kibru kumplikazzjonijiet oħra. F’dan, ċertament illum qed naraw il-konsegwenzi ta’ dawn l-iżbalji politiċi. Forsi ma flaħniex ngħinu kemm kellna sabiex ikun hemm tisħiħ ekonomiku f’dawk l-Istati. Forsi wkoll ma kienx proprju l-istaġun. Forsi iktar, kien hemm attenzjoni akbar lura lejn l-unifikazzjoni tal-Ġermanja.

Konsegwenzi

4. F’dan illum qed inbatu l-effetti ta’ dawk is-sentimenti ta’ riżentiment. Min b’xi mod ħassu umiljat, aktar tard sab iż-żmien biex jillivella l-pożizzjoni. Dawn il-ħamsa u tletin sena jimmeritaw attenzjoni u studju storiku, iktar fl-aspetti soċjali u ekonomiċi. L-Oċċident Ewropew u Amerikan f’daqqa ma rawx, u ma tawx każ, ta’ dak li kien ġej. Ikkonċentraw fuq ċerti partijiet tal-istrateġija ġeo-politika. L-iktar f’dan kienet l-Unjoni Ewropea, li rat kif tipprova tibni Stati fi ħdanha bħala forma ta’ ħlas lura lejn dawk li batew f’ħamsin sena, mill-1939 sal-1989. Dak li l-kefrija Nażista u Komunista taw. Imma l-fruntieri politiċi ġew mibdula mill-ġdid u baqa’ wkoll naħa kontra l-oħra.

Fil-Ġermanja

5. Forsi f’dawn is-snin, nistgħu ċertament naċċettaw li l-għaqda lura tal-Ġermanja kienet pass politiku determinanti. Wieħed li ġieb ħafna sodisfazzjon, minkejja li fl-Ewropa ta’ dak iż-żmien kien hemm min ma kienx proprju qiegħed jifraħ. Kien bid-determinazzjoni u l-kuraġġ tal-Kanċillier ta’ dak iż-żmien Helmut Kohl (1930-2017) li sar dan. Forsi f’dan inkisru ftehim, l-iktar f’dak li jolqot id-dħul ta’ Stati fin-NATO, li kien hemm fil-proċess tad-diżintegrazzjoni Sovjetika. Imma l-fatt jibqa’ li kontra kull oppożizzjoni, seħħ. Mhux biss, imma s-saħħa fl-Unjoni Ewropea tal-pajjiżi żdied sew. Anki f’dan, għalhekk, fl-istess Unjoni ċ-ċentru nbidel, bil-konsegwenza iktar ċara politikament li fejn il-Ġermanja tmur, hemm l-Unjoni ssegwi.

Fil-preżent

6. Huwa minnu li wieħed illum irid jaħseb mill-ġdid fejn qegħdin u fejn sejrin. Fl-Unjoni Ewropea, bil-Ġermanja li għaddejja minn forma ta’ kriżi politika. B’Olaf Scholz (1958), il-Kanċillier preżenti jagħraf li l-koalizzjoni li kien qiegħed imexxi ġiet fix-xejn u għaldaqstant l-elezzjonijiet ġenerali mhumiex fil-bogħod. Min ser jiġi elett u min ser ikollu f’dan, dejjem jekk ikollu, maġġoranza stabbli huwa iktar importanti. Aktar proprju fil-fatt li Donald Trump, ta’ 78 sena, ġie ri-elett President tal-Istati Uniti tal-Amerika. Dan għax għalkemm fil-mument diversi jinsabu mitlufa jispjegaw x’ġara fir-rebħa elettorali tiegħu, wara, minn Jannar 2025 hemm il-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tiegħu. Hemm bnedmin li jinbidlu frott l-esperjenza politika, imma meta tqis dak li ilu jiddikjara f’dawn l-aħħar erba’ snin u dak li wettaq qabel, ma tantx hemm wisq aħbarijiet tajba għall-Ewropa. Il-memorja tal-Ħajt ta’ Berlin, għat-tmexxija tiegħu ma naħsibx li ser tkun għolja ħafna.

Min jista’ jaħseb

7. Hemm min qiegħed jikteb fil-ġurnali ekonomiċi Ewropej li dan ser ikun mument li jibdel u jissoda lill-Unjoni, għax ser titneħħa l-ħela u jista’ jimxi biss min huwa b’saħħtu. Hemm min jista’ jimmaġina li biż-żidiet fit-tariffi fuq il-kummerċ liberu jew fuq in-nuqqas t’appoġġ militari lill-istess Ewropa u lill-Ukrajna ta’ Vladimir Zelensky ser naraw xi forma ta’ tkabbir. Naħseb li teoriji mod jistgħu jidhru sbieħ, imma l-prattika hi ħaġa oħra. F’dan iż-żmien ma nkunux wisq ’il bogħod milli nifhmu li l-piżijiet fuq il-popli Ewropej ser jiżdiedu. Wisq inqas milli nagħrfu li t-tentazzjonijiet lejn iktar tmexxija awtoritarja milli demokratika jikbru.

Nagħrfu

8. Biss f’dan, ċertament, dawn huma iktar bidliet fir-rabtiet li qabel żammew l-Oċċident għaddej. Hemm, f’dan, l-għarfien ċar li kien iktar faċli li nirċievu l-għajnuna u s-sostenn waqt l-eżistenza tal-Ħajt ta’ Berlin. F’dawn il-ħamsa u tletin sena nistgħu biss nirreġistraw li l-burdata nbidlet; l-opinjonijiet inqalbu ta’ taħt fuq. F’mumenti ngħid u nistaqsi x’jaħsbu minn hemm fuq, proprju jekk humiex japprovaw il-Papa, illum San Ġwanni Pawlu II u Ronald Reagan, il-President Repubblikan, li taħthom seħħet il-waqgħa tal-Ħajt. Ma naħsibx, imma dak kien żmien ieħor, li llum m’għadux. F’dan għandna naċċettaw li dak li qabel kien Ħajt ta’ Appoġġ sod u li tista’ tiddependi fuqu, illum mhuwiex aktar hekk.

DIRETTORAT TAL-PROTOKOL - BASTIMENTI MILITARI - TALBIET

22082. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu fil-portijiet ta’ pajjiżna matul is-sena 2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22079.

 

Seduta  275

11/11/2024

DIRETTORAT TAL-PROTOKOL - BASTIMENTI MILITARI - TALBIET

22081. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu fil-portijiet ta’ pajjiżna matul is-sena 2023?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22079.

 

Seduta  275

11/11/2024

DIRETTORAT TAL-PROTOKOL - BASTIMENTI MILITARI - TALBIET

22080. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu fil-portijiet ta’ pajjiżna matul is-sena 2022?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22079.

 

Seduta  275

11/11/2024

DIRETTORAT TAL-PROTOKOL - BASTIMENTI MILITARI - TALBIET

22079. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu fil-portijiet ta’ pajjiżna matul is-sena 2021?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni sa mill-2004, hi kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:

Permessi Diplomatiċi – Bastimenti Militari jew Statali

Sena

Total

2004

73

2005

60

2006

67

2007

53

2008

59

2009

47

2010

37

2011

119

2012

45

2013

73

2014

58

2015

92

2016

133

2017

99

2018

67

2019

53

2020

26

2021

15

2022

47

2023

64

2024 (sal-aħħar ta’ Ottubru)

45

Seduta  275

11/11/2024

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...