22868. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?
06/11/2024
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li f’parti minn Triq il-Lewż, Gudja qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet jinkludu bdil tal-medda tad-drenaġġ, mains tal-ilma ġodda, installazzjoni tal-provvista tal-ilma domestiku ma’ kull dar, bini mill-ġdid tal-bankini, spazji tal-konkos għall-parkeġġ u asfalt. Ix-xogħlijiet huma stmati li jiġu jiswew madwar €120,000 (VAT mhux inkluż).
Seduta 289
27/11/2024
No comments:
Post a Comment