8.11.24

IL-KALKARA - TRIQ GIUSEPPI VALERIO ABELA - ZEBRA CROSSINGS

22072. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jikkonsidra li fejn hemm żewġ sleeping policemen fi Triq Giuseppi Valerio Abela fil-Kalkara fuqhom isiru żewġ zebra crossings?

 

18/10/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux rakkomandat li jsiru zebra crossings fuq iż-żewġ road humps li hemm fi Triq Giuseppi Valerio Abela minħabba li r-road humps eżistenti mhux diżinjati w lanqas mibnija sabiex issir zebra crossing fuqhom u wkoll m’hemmx bankini fuq iż-żewġ naħat tat-triq sabiex ikun hemm kontinwita’ ta’ passaġġ sikur għall-pedonali.

 

Seduta  273

06/11/2024

No comments:

SEMPLIĊEMENT NIPPRETENDU

1. Numru ta’ drabi niddubita kemm il-klassi politika qegħda tifhem lill-poplu. Forsi, kif jiġri, min imexxi tant qed jiġi assedjat min...