22104. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
18/10/2024
ONOR. JULIA
FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru
għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza
għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda
Direttiva li għadha pendenti.
Seduta 281
19/11/2024
No comments:
Post a Comment