4.11.24

ĦAL TARXIEN – TRIQ LEONARDU ABELA - XOGĦLIJIET

21700. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex Triq Leonardu Abela, Ħal Tarxien tiġi rranġata u ssir uniformi u sħiħa mhux kif tinsab preżentement?

 

09/10/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Seduta  270

30/10/2024

No comments:

RAĦAL ĠDID - TRIQ IT-TEMPJI NEOLITIĊI - XOGĦLIJIET

21702. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħ...