8.11.24

RAĦAL ĠDID - TRIQ IT-TEMPJI NEOLITIĊI - XOGĦLIJIET

21703. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex previst li tul din is-sena Triq it-Tempji Neolitiċi li tibda minn Raħal Ġdid sa Ħal Tarxien tiġi rranġata speċjalment minħabba l-fatt li ħafna residenti jbatu wara li tagħmel x-xita?

 

09/10/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li sa issa m’hemmx pjanijiet għal xogħlijiet ta’ tiswija tat-triq imsemmija matul din is-sena.

 

Seduta  271

04/11/2024

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...