8.11.24

IL-BELT VALLETTA - PJAN GĦALL-KONTROLL TAT-TRAFFIKU FIX-XATT FEJN ISORĠU L-CRUISE LINERS

22067. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21133 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20085, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu fir-rigward tal-pjan aħjar għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt meta jsorġu l-cruise liners, in vista tal-volum kbir ta’ traffiku li jiġi ġġenerat u li jkollu effett fuq l-akkwati?

 

18/10/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għamlet studju estensiv fuq iż-żona msemmija, u issa qed jiġi mfassal b’attenzjoni pjan ta’ azzjoni komprensiv biex jiġu indirizzati s-sejbiet tal-istudju.

Seduta  272

05/11/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...