8.11.24

IL-FGURA - TRIQ IL-PITIROSS U TRIQ L-GĦASFUR TAL-BEJT - XOGĦLIJIET

21706. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab ix-xogħol fuq Triq il-Pitiross u Triq l-Għasfur tal-Bejt fil-Fgura u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew dawn u kemm effettivament damu biex tlestew?

 

09/10/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li x-xogħlijiet imsemmija huma stmati li ser jiswew €215,681.04, li jonqos li jingħata l-aħħar saff ta’ asfalt. Il-proġett beda f’Ottubru 2022 u mistenni li jitlesta f’Novembru 2024.

 

Seduta  271

04/11/2024 

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...