27.11.24

RAĦAL ĠDID - ĦAMIEM

22865. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li huwa konxju tal-problemi kkawżati mill-ħamiem ġewwa l-lokalitá, filwaqt li qed jesplora soluzzjonijiet fit-tul, qed jieħu miżuri oħra biex inaqqas l-inkonvenjent bħat-tindif.

 

Seduta  287

26/11/2024

No comments:

MCLUHAN MHUWIEX BAUMAN

1. Nifhem li dak li nikteb jaf ikun skomdu. Niskuża ruħi, u ngħid li mhuwiex intenzjonat għal hekk imma sabiex jingħad dak li naħseb l...