4.11.24

RAĦAL ĠDID - TRIQ IT-TEMPJI NEOLITIĊI - XOGĦLIJIET

21702. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex previst li tul din is-sena Triq it-Tempji Neolitiċi li tibda minn Raħal Ġdid sa Ħal Tarxien tiġi rranġata speċjalment minħabba l-fatt li ħafna residenti jbatu wara li tagħmel x-xita?

 

09/10/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Seduta  270

30/10/2024

No comments:

RAĦAL ĠDID - TRIQ IT-TEMPJI NEOLITIĊI - XOGĦLIJIET

21702. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħ...