4.11.24

IL-GUDJA – MIRJA TAT-TRAFFIKU

21697. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li jiġu installati mirja tat-traffiku sabiex jgħinu lil min ikun qiegħed isuq fi Triq Santa Katarina għall-Triq San Ċiru, u kif ukoll minn Triq Bettina għal fuq it-triq prinċipali, fil-Gudja?

 

09/10/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-mirja li qed issir riferenza għalihom, huma diġà mwaħħlin fil-post.

 

Seduta  270

30/10/2024

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...