8.11.24

IX-XGĦAJRA - TRIQ IL-FORTIZZA TAL-GRAZZJA – BUS SHELTER

21708. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10930 dwar il-bus shelter imsaddad li hemm fil-bidu ta’ Triq Alof Wignacourt, fix-Xgħajra, u fejn fil-11 ta’ Lulju 2023 ġie mwieġeb illi “mhux ser ikun hemm dewmien” biex isir, jista’ l-Ministru jara li jinbidel ukoll il-bus shelter ta’ Triq il-Fortizza tal-Grazzja Xgħajra?

 

09/10/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li tresqu diversi talbiet mal-kumpanija inkarigata biex jinbidel l-imsemmi Bus Shelter.  Sadattant, ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill għamel xogħol ta’ manutenzjoni temporanju fuq dan il-Bus Shelter biex ma jibqax jidħol ilma fih.

 

Seduta  271

04/11/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...