6.5.14

WIED IL-GĦAJN – STRATEĠIJA GĦAT-TURIŻMU



9158. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: mifcJista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ġew meħuda mill-Ministeru tul din is-sena sabiex Wied il-Għajn jingħata iktar importanza fl-istrateġija dwar it-turiżmu?

25/04/2014

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta ingħatat mill-predeċessur tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7784. Nixtieq ntenni illi Wied il-Għajn huwa parti integrali miż-Żona Turistika tan-Nofs in-Nhar minn kif ġie mwaqqaf il-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi. Dawn il-kumitati qed jiffoka fuq ir-riżorsi għal manutenzjoni u skeda ta’ tindif xierqa għal dan is-sajf li ġej. Madankollu il-Gvern qed jifforma pjanijiet oħra għal azzjonijiet fit-tul.

Seduta  145

06/05/2014

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...