6.5.14

KONFLITT FIS-SIRJA - POŻIZZJONI


9152. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni qed jieħu pajjiżna fil-konfront tal-partijiet fil-konflitt li hemm pendenti fis-Sirja in vista tal-aħħar żviluppi li kien hemm f’dawn l-aħħar ġimgħat?

25/04/2014

  ONOR. GEORGE VELLA:  Matul il-kunflitt fis-Sirja, Malta b’mod konsistenti saħqet dwar l-importanza tad-diplomazija bħala soluzzjoni għas-sitwazzjoni kritika f’dan il-pajjiż, bil-prijorita’ immedjata tkun il-waqfien mill-ġlied u vjolenza kontra ċ-ċivili mill-partijiet kollha ta’ dan il-kunflitt.
Il-pożizzjoni ta’Malta fuq is-sitwazzjoni fis-Sirja hija riflessa fil-Konklużjonijiet u rapporti li ta’ kull xahar jiġu adottati mill-Ministri Għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea imlaqqajgħin fil-Kunsill għall Affarijiet Barranin.
B’mod partikolari, fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea li saret fl-14 ta’ April 2014, enfasizzajt il-kriżi umanitarja li żviluppat fi traġedja għal eluf ta’ Sirjani.  Semmejt ukoll kif ir-rapporti li qed jinħarġu minn aġenżiji tal-Ġnus Magħquda huma allarmanti, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-setturi l-aktar vulnerabbli tas-soċjeta’ Sirjana, bħat-tfal.
Waqt l-istess laqgħa, sħaqt ukoll fuq l-importanza li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fis-Sirja. Il-pożizzjoni Maltija hija wkoll waħda ta’ solidarjeta’ mal-pajjżi ġirien tas-Sirja, il-Libanu, l-Ġordan, it-Turkija u saħansitra l-Iraq li fetħu l-fruntieri tagħhom lil miljuni ta’ Sirjani li qed jaħarbu mill-qilla tal-vjolenza u d-disperazzjoni.


Seduta  144

05/05/2014

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...