8.5.14

ANNULLAMENT


9160. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li ż-żwieġ tagħhom ġie annullat u reġgħu żżewġu f’dawn l-aħħar ħames snin sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena?

25/04/2014

ONOR. EMANUEL MALLIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx informazzjoni speċifika dwar persuni li kisbu l-annullament u reġgħu żewġu. L-unika statistika li tinżamm f’dan ir-rigward hija dik ta’ kemm ġew reġistrati annullamenti sena b’sena.

Seduta 146

07/05/2014

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...