6.5.14

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – TALBIET GĦALL-PAROLE.


9156. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi u kemm ġew milqugħa talbiet s’issa mill-Parole Board?

25/04/2014

  ONOR. EMANUEL MALLIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-12 ta’ Marzu 2013 sal-21 ta’ April 2014 saru mija u tlieta u għoxrin talba għal-parole, minnhom tnejn u erbgħin talba ġew irtirati. B’kollox ngħataw 6 liċenzji tal-parole, fejn persuna waħda rrifjutat il-liċenzja. Dan ifisser li b’kollox ngħataw 5 liċenzji tal-parole.

Seduta  145

06/05/2014

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...