6.5.14

DISKUSSJONIJIET FUQ IL-KWISTJONI PENDENTI FL-UKRAINA.



9148. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ġie diskuss meta ltaqa’ mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fiż-żjara  riċenti tagħha f’Malta, partikolarment dwar il-kwistjoni pendenti fl-Ukraina? X’ġie ffirmat u x’programm ta’ kooperazzjoni se jkun hemm?

25/04/2014
  ONOR. GEORGE VELLA:  Jiena nippretendi li l-Onor. Interpellant diġa qara l-Press Release, u r-rapport  tal-Press Conference li saret fi tmiem il-laqgħa bejn il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall Affarijiet Barranin Natalia Gherman u jien.

Fl-10 t’April, iltqajt f’Malta mal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Moldova, l-E.T. Natalia Gherman. Din iż-żjara seħħet f'mument kruċjali f’kuntest ta’ żviluppi sinifikanti li qed iseħħu fil-Lvant tal-Ewropa. 

Waqt it-taħdidiet li kelli mal-Ministru Gherman ġew diskussi għadd ta’temi bilaterali kif ukoll is-sitwazzjoni fir-reġjun, speċjalment l-aħħar żviluppi  fl-Ukrajna u l-impatt li dawn kellhom fuq il-pajjiżi ġirien.

F’dan il-kuntest jiena sħaqt fuq l-importanza li Malta tagħti lill-Partenarjat tal-Lvant tal-Unjoni Ewropea (Eastern Partnership) u kif dan l-istrument jista’ jwassal lejn stabbilta’ ekonomika u politika dejjiema fir-reġjun. 

Infurmajt ukoll lill-Ministru Gherman li Malta ssostni li għandu jiġi ffirmat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludi ukoll Deep and Comprehensive Free Trade Area, bejn l-UE u l-Moldova f'Ġunju ta' din is-sena, kif ġie miftiehem ukoll mill-Kapijiet ta’ Stat u Gvern waqt il-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2014.

Waqt din iż-żjara, ġew iffirmati Ftehim għall-Ħelsien mit-Taxxa Doppja, kif ukoll Joint Declaration fejn Malta lesta li tagħti għajnuna lill-Moldova f’termini ta’ taħriġ u sostenn fl-ambitu tal-aspirazzjonijiet Ewropej ta’ dan il-pajjiż.  Permezz ta’ din il-Joint Declaration, Malta ser tkun qegħda:

· toffri l-appoġġ tagħha għal koperazzjoni dejjiema ta’ natura politika u settorjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova;

· taqsam l-esperjenzi tagħha f’dak li jirrigwarda integrazzjoni aktar
mill-qrib mal-Unjoni;

· tassisti lill-Moldova biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħha fi ħdan l-aġenziji u proġetti tal-Unjoni;

· tagħti kontribut fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet fil-Moldova permezz ta’ taħriġ ta’ membri tal-korp diplomatiku.

Seduta  144
05/05/2014


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...