11.3.14

Sena wara l-elezzjoni, il-Prim Ministru qed jisma’ lilu nnifsu biss.



Il-Partit Nazzjonalista jirreferi għall-attività politika tal-Prim Ministru Muscat fi Pjazza San Ġorg, il-Belt Valletta. Sena biss wara l-elezzjoni, il-Prim Ministru diġà qed jinjora dak li qed jgħidulu n-nies u qiegħed jisma’ lilu nnifsu biss.

Il-Prim Ministru llum baqa’ jwebbes rasu dwar id-deċiżjoni li jaħżen il-gass fuq tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk. Dan minkejja t-tħassib evidenti ta’ 91% tar-residenti ta’ Marsaxlokk u Birzebbuga. Dan hu tħassib leġittimu li ġie kkonfermat minn esperti bħall-konsulent tal-għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa, il-Professur Hans Pasman, li llum f’numru ta’ gazzetti lokali ta spjega tal-periklu evidenti li jeżisti bid-deċiżjoni li jiġi ankrat il-periklu fil-bajja ta’ Marsaxlokk. 

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru kompla juri insensittività billi njora għalkollox il-problema li kull ma jmur qed tikber tal-qgħad. Il-ftaħir tal-Prim Ministru dwar il-ħolqien tax-xogħol jirrifletti kemm il-Prim Ministru diġà nqata’ min-nies, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li kważi 25% tal-jobs li nħolqu huma jobs mas-settur pubbliku. Malta Tagħna Lkoll twettqet għan-nies tal-qalba biss. 

Sena wara l-elezzjoni, hu ċar li l-Prim Ministru diġà nqata’ min-nies u qed jisma’ lilu nnifsu biss. 

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...