6.3.14

Il-Prim Ministru jippersisti fil-gidba tiegħu



Il-Partit Nazzjonalista jagħmel referenza għall-kummenti tal-Prim Ministru Muscat fuq il-programm Dissett dwar in-nomina ta’ Marie-Louise Coleiro Preca bħala President tar-Repubblika ġdid. Il-Prim Ministru qed jippersisti fil-gidba tiegħu li kkonsulta lill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar in-nomina tiegħu fid-9 ta’ Jannar 2014. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jiċħad li l-Prim Ministru Muscat qatt tkellem miegħu dwar in-nomina ta’ Marie-Louise Coleiro Preca qabel il-laqgħa li saret nhar it-Tlieta. 

Il-Partit Nazzjonalista jtenni li l-laqgħa ta’ nhar it-Tlieta kienet biss laqgħa ta’ informazzjoni u mhux ta’ konsultazzjoni ġenwina. Hija ħasra li l-Oppożizzjoni kellha ssir taf dwar in-nomina ta’ Marie-Louise Coleiro Preca bħala President minn gazzetta u mill-għajdut tan-nies minflok mingħand il-Prim Ministru direttament. Issa wara sena ta’ Gvern Laburista, qiegħed joħroġ ċar li l-Prim Ministru Muscat jippreferi stil ta’ tmexxija mingħajr ebda konsultazzjoni ma’ ħadd, la mal-Oppożizzjoni u lanqas mal-imsieħba soċjali, fuq l-issues kollha ta’ importanza nazzjonali. Prim Ministru li ma jikkonsulta ma’ ħadd hu Prim Ministru li jisma’ biss dak li jaqbel lilu. 

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...