12.3.14

DISKUSSJONIJIET MAL-AWTORITAJIET ALĠERINI



7899. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’diskussjonijiet saru mal-awtoritajiet Alġerini fl-aħħar laqgħa li nżammet f’dak il-pajjiż u li għaliha attenda s-Segretarju Parlamentari u x’ftehim ġie ffirmat?

13/02/2014

  ONOR. LEO BRINCAT:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-awtoritajiet Alġerini ospitaw u kienu l-Preżidenza għall-għaxar laqgħa tal-Ministri tal-agrikoltura fi ħdan ic-CIHEAM (The International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies), liema laqgħa kompliet telabora fuq it-tema tad-disa' laqgħa li nżammet f'Malta, f'Novembru 2012, dwar is-suġġett tas-sigurta tal-ikel (food security) fil-Mediterran. Qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet finali li ġew maqbula unanimament mid-delegazzjonijiet preżenti.

Seduta 125

26/02/2014

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...