12.3.14

LIBRERIJI - XIRI TA' KOTBA ĠODDA



7787. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew mixtrija kotba ġodda tul  is-sena li għaddiet għal-libreriji pubbliċi u jindika b’liema lingwa huma?

07/02/2014

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ kotba ġodda li nxtraw tul is-sena li għaddiet għal-libreriji pubbliċi jammonta għal 9,591.  Il-maġġoranza tal-kotba kienu bil-Malti u Ingliż u xi numru żgħir bil-Ġermaniż, Taljan u Spanjol.


Seduta 121

18/02/2014

No comments:

IL-GUDJA - GĦAJNUNA SOĊJALI

30885. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ki...