3.6.25

WIED IL-GĦAJN - TRIQ LA SENGLE - XOGĦLIJIET

28549. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux previst li jsiru xi xogħlijiet fil-bidu ta’ Triq La Sengle, Wied il-Għajn, matul is-sena 2025?

 

22/05/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq La Sengle hija waħda mit-toroq li ġiet proposta mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il- Għajn għal xogħol infrastrutturali. Dan ix-xogħol se jiġi implimentat wara diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali anke fil-kuntest ta’ xogħlijiet oħrajn li għaddejjin ġewwa l-istess lokalità sabiex jitnaqqas kemm jista jkun l-inkonvenjent.

Seduta  348

28/05/2025

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...