11.6.25

FORTI TA’ DELIMARA

28888. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forti ta’ Delimara hijiex tinfetaħ u jekk hijiex qed tiġi kkurata fuq bażi regolari?

 

02/06/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-Forti Delimara jiġi kkurat fuq bażi regolari minn Heritage Malta. L-Aġenzija tkompli b’mod kontinwu bl-isforzi tagħha ta’ restawr u ristrutturar sabiex tassigura l-preservazzjoni tas-sit u li dan jinżamm f’kundizzjoni sigura kemm jista’ jkun. Is-sit jinfetaħ għall-pubbliku matul Open Days u għal attivitajiet speċjali organizzati mill-Aġenzija.

Seduta  352

09/06/2025

No comments:

ĦADMU GĦAS-SEWWA

1. Ftit ilu fakkarna li fit-23 ta’ Lulju 1957, kważi sebgħin sena ilu, ġie nieqes l-awtur Sqalli Giuseppe Tomasi di Lampedusa (1896). ...