3.6.25

PEMBROKE - RESTAWR FUQ IT-TORRI TAL-ARLOĠĠ

28554. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28314 u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-Torri tal-Arloġġ li hemm f’Pembroke, mibni fl-1903, jiġi restawrat?

 

22/05/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett ta’ restawr tat-Torri tal-Arloġġ f’Pembroke, li nbena fl-1903, bħalissa jinsab taħt diskussjoni. Qegħdin jiġu ikkunsidrati diversi possibiltajiet sabiex jiġi identifikat l-aħjar mod ta’ finanzjament, inkluż il-possibbiltà li jintuża finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, minħabba n-nefqa sostanzjali li jirrikjedi restawr ta’ din ix-xorta.

 

Seduta  349

02/06/2025

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...