3.6.25

ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ SAN LEONARDU - CHARGING STATION

28534. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28315 u 28316 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament u tara li ċ-charging station li hemm fi Triq San Leonardu, f’Ħaż-Żabbar (li tidher li ser taqa’), tiġi rranġata urġentement?

 

22/05/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninsab infurmata li ċ-charging pillar li qed issir referenza għaliha ssewwiet u reġgħet qed topera, wara li din ġarrbet ħsarat konsiderevoli minħabba li ntlaqtet minn karozza.

 

Seduta  346

26/05/2025

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...