11.6.25

MARSAXLOKK - VILLA RUMANA TAS-SILĠ

28889. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit tal-Villa Rumana Tas-Silġ, f’Marsaxlokk hijiex tinfetaħ u jekk hijiex qed tiġi kkurata fuq bażi regolari? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm progress fir-rigward tat-tibdil tat-triq li tgħaddi mill-istess post?

 

02/06/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li s-sit arkeoloġiku ta’ Tas-Silġ huwa wieħed ta’ użu reliġjuż tul perjodu twil ta’ żmien, li jmur minn dak Neolitiku sa tal-inqas dak Biżantin. Heritage Malta hija konxja mill-importanza li dan is-sit iġorr fl-istorja u l-arkeoloġija ta’ Malta kif ukoll taċ-Ċentru tal-Mediterran. Għaldaqstant, il-ħidma ta’ Heritage Malta hija kontinwa sabiex is-sit jiġi kkurat u ppreservat. F’dawn l-aħħar xhur, beda x-xogħol sabiex is-sit jiġi dokumentat b’mod diġitali, jibda l-proċess ta’ conservation assessment u jiġu indirizzati wkoll l-elementi l-oħra identifikati bħala prijoritajiet fil-management brief tas-sit. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jkomplu fis-snin li ġejjin. It-tneħħija tat-triq hija, fil-fatt, waħda mill-prijoritajiet ewlenin indikati fil-management brief. Ix-xogħol f’dan ir-rigward għaddej. Il-proċessi meħtieġa biex dan jitwettaq għaddejjin ukoll fuq diversi fronti.

Ninsab infurmat ukoll li bħala sit, Tas-Silġ jibqa’ aċċessibbli għal żjarat permezz ta’ booking kif ukoll waqt Open Days organizzati mill-Aġenzija.

 

Seduta  352

09/06/2025

 

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...