28536. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28308 u jgħid x’passi ser jittieħdu mill-Ministeru tiegħu fir-rigward tal-iżvilupp tas-sit ta’ parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla?
22/05/2025
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellanti li ġiet sottomessa
l-applikazzjoni biex jinġiebu l-permessi neċessarji qabel ma jkun jista’ jsir
l-iżvilupp. Il-proġett jikkonsisti f’kostruzzjoni ta’ parkeġġ taħt l-art mibni
fuq sitt sulari, fejn ser jinħolqu madwar 330 spazju ta’ parkeġġ. Il-pjan hu li l-parkeġġ ikun konness mal-moll
ta’ Bormla viċin tal-Ferry landing.
Fil-frattemp, ser tkun qed tiġi sottomessa applikazzjoni separata minn Project
Green, fejn ser ikunu qed jieħdu ħsieb id-disinn tas-sular ta’ mat-triq li ser
ikun iddiżinjat biex jiffaċilita’ l-użu tal-ispazju mill-istudenti u
l-edukaturi. Il-proġett qed isir
b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla.
Seduta 346
26/05/2025
No comments:
Post a Comment