28545. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma kompliet titwettaq matul is-snin 2024 u 2025, b’rabta mal-Malta Africa Strategy for Partnership 2020-2025?
22/05/2025
ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant
illi matul l-2024 u l-2025, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu
kompla jwettaq il-Malta Africa Strategy for Partnership 2020–2025, li għandha
l-għan li ssaħħaħ relazzjonijiet sostenibbli mal-pajjiżi Afrikani fuq livell
politiku, ekonomiku u multilaterali, b’enfasi fuq proprjetà Afrikana
tas-soluzzjonijiet, governanza tajba u koerenza reġjonali.
Il-ħidma ewlenija kienet tinkludi:
– Il-konsolidazzjoni
tal-preżenza diplomatika f’Addis Ababa u f’Accra, li qed jiffaċilitaw
il-kuntatt regolari ma’ sħab Afrikani u jikkontribwixxu għal involviment iktar
iffukat fir-reġjuni rispettivi;
– L-iżvilupp
ta’ relazzjonijiet bilaterali aktar sodi mal-Etjopja u mal-Ghana, inkluż
permezz ta’ laqgħat ministerjali u djalogi tematiċi dwar it-turiżmu,
l-edukazzjoni, il-konnettività u kwistjonijiet ta’ sigurtà reġjonali;
– L-istabbiliment
ta’ rappreżentanza diplomatika għal diversi Stati oħra permezz ta’ ħatriet ta’
Ambaxxaturi mhux residenti, fosthom għall-Angola, il-Capo Verde, in-Namibja,
in-Niġerja, ir-Rwanda, is-Senegal, u s-Seychelles, bħala parti mill-istrateġija
diplomatika ta’ Malta għall-Afrika;
– Parteċipazzjoni
attiva fil-fora bejn l-UE u l-Afrika, inkluż il-proċess ta’ reviżjoni
tad-Dokument Konġunt UE–UA u l-Ministerial Summit tal-2025, kif ukoll
il-laqgħat regolari fil-Grupp Afrikani tal-Kunsill (COAFR);
– Koordinazzjoni
kontinwa mar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għall-Afrika, b’mod partikolari
permezz ta’ Ambaxxatur inkarigat mill-monitoraġġ tal-iżviluppi u l-kontribut
ta’ Malta f’dawn il-qafas;
– Kontribut
f’suġġetti ta’ rilevanza tematika bħall-ġustizzja klimatika, il-governanza
diġitali u l-konnettività edukattiva, li ġew indirizzati kemm f’laqgħat
bilaterali kif ukoll f’fora multilaterali;
– Bidu
tal-proċess ta’ reviżjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Afrika lejn it-tmiem
tal-2024, biex jiġu identifikati l-prijoritajiet għal perjodu ġdid 2025–2030,
f’konformità mal-Istrateġija tal-Politika Barranija mġedda tal-Ministeru.
L-attivitajiet imwettqa sa issa kkontribwixxew għal profil
aktar ċar u kredibbli ta’ Malta bħala sieħeb proporzjonat, realistiku u
impenjat favur djalogu strutturat mal-kontinent Afrikan.
Seduta 348
28/05/2025
No comments:
Post a Comment