3.6.25

RAĦAL ĠDID - ĠNIEN IL-MEDITERRAN - XOGĦLIJIET

28542. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ xogħlijiet huma ppjanati li jsiru fi Ġnien il-Mediterran, Raħal Ġdid, matul is-sena 2025?

 

22/05/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara ftehim milħuq mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-MCAST, li huma s-sidien tal-art inkwistjoni, u bi qbil ukoll mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid, Project Green se tkun qed tagħmel proġett fi Ġnien il-Mediterran bil-għan li dan ikun jista’ jitgawda aktar mill-familji permezz ta’ titjib fl-aċċessibiltà, kif ukoll faċilitajiet bħal żoni għall-pikniks u logħob għat-tfal. Se jsiru wkoll żewġ ġibjuni u sistema t’irrigazzjoni għat-tisqija tas-siġar u l-pjanti.

 

Seduta  347

27/05/2025

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...