27.6.25

SKEJJEL SEKONDARJI - RIŻENJI TA’ GĦALLIEMA

29149. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28891 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?

 

12/06/2025

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji, matul il-ħames snin li ġejjin mistennija jirtiraw 89 għalliem, filwaqt li fl-aħħar ħames snin irriżenjaw 182 għalliem, fl-aħħar ħames snin ġew ingaġġati total ta’ 363 għalliem.

 

Seduta  359

24/06/2025

No comments:

TRUMP JIEĦU PARIR?

F’dawn il-jiem wara li spiċċajt ktieb ieħor ta’ Norberto Bobbio (1909-2004) De Senectute (1996) ġiet din il-mistoqsija quddiemi. Nammetti l...