16.6.25

IŻ-ŻEJTUN - VILLA RUMANA

28894. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid b’liema inizjattivi u għajnuna qed tibbenefika l-Villa Rumana li tinsab fiż-Żejtun, b’mod partikolari biex tinfetaħ u tkun aktar aċċessibbli għall-pubbliku?

 

02/06/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Waqt li l-Onor. Interpellant japprezza li s-sit ma jinsabx fil-pussess ta' xi waħda mill-entijiet li jifformaw parti mill-portafoll Ministerjali tiegħi, naqbel miegħu li s-sit de quo hu wieħed ta' preġju u ta' valur storiku kbir.

Waqt li d-domanda għandha ssir lill-Ministru konċernat inżid ngħid li d-diskussjonijiet jinsabu għaddejjin.

 

Seduta  353

10/06/2025

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...