3.6.25

GĦAWDEX - XOGĦLIJIET MINN INFRASTRUCTURE MALTA

28533. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28320 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid b’liema xogħlijiet ġiet inkarigata Infrastructure Malta f’Għawdex?

 

22/05/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellanti li Infrastructure Malta minn żmien għal żmien tagħmel xogħlijiet meħtieġa marittimi fil-gżira t’Għawdex.  Bħalissa Infrastructure Malta għandha pjanat xogħol fuq l-iskallijiet tal-Qbajjar u ta’ Ħondoq ir-Rummien, kif ukoll xogħlijiet ta’ emergenza fil-bajja tax-Xlendi u fuq skall fid-Dwejra.

Seduta  346

26/05/2025 

No comments:

IL-PROĊESS LEGALI

1. Tul din il-ġimgħa, ’il bgħid mill-politika sservi lili u lil diversi sabiex wieħed jirrifletti. Iħares lejn dak li dawn il-jiem ime...