11.6.25

GĦAJN DWIELI - TEMPJI TA’ KORDIN

28887. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Tempji ta’ Kordin f’Għajn Dwieli, magħrufa wkoll bħala Kordin III, humiex jinfetħu u jekk humiex jiġu kkurati fuq bażi regolari?

 

02/06/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li s-sit ta’ Kordin III huwa taħt il-kura ta’ Heritage Malta, li hija responsabbli għall-konservazzjoni u l-manutenzjoni tiegħu. Is-sit jinfetaħ matul Open Days, għal attivitajiet speċjali organizzati mill-aġenzija, kif ukoll għal żjarat minn gruppi jew individwi li jippreżentaw talba biex iżuruh.

 

Seduta  352

09/06/2025

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...