Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
30.6.25
INSARA FIL-POLITIKA
X’qalu verament
2. Hemm dawk li jgħidu li jmorru lejn iċ-ċentru xellug u din fiha valur, iktar u iktar meta tul dawn l-aħħar snin segwejna politika fuq il-lemin. Daqqa ċentru lemin u daqqa lemin lemin, imma ma tantx kienu mossi fit-triq Demokratika Kristjana. Għalkemm f’dan nista’ nkun u nibqa’ vuċi fid-deżert, jew waħda li ma tantx hi maħbuba, xorta nibqa’ nkun xhud li jekk naqbdu dik il-linja b’konvinzjoni naslu ferm iktar malajr milli naħsbu ġewwa Ġerusalemm. Nibqgħu partit b’valur, li bil-melħ tiegħu f’postu jkun kapaċi jasal bl-użu tal-vuċi tal-persważjoni: dik tar-raġuni. M’aħniex knisja oħra, imma għodda politika biex tibdel il-politika marida ta’ pajjiżna.
X’qalu aktar oħrajn
3. Qiegħed inkompli naqra wieħed mill-aħħar kotba ta’ Giulio Andreotti (1919-2013) bl-isem De (prima) Re Publica (1996), mimli b’riflessjonijiet ta’ persuna fil-politika. Interessanti fuq livelli varji u li jgħinek tifforma opinjonijiet differenti. Fost dawn missejt ma’ dak li ċerti drabi jiġi ċitat ħażin. Huwa jgħid li Alcide de Gasperi (1818-1954) li l-Italja, il-Mediterran u l-Ewropa jibqgħu grati lejn ħidmietu, kienet ċara f’moħħu ħidmet in-Nisrani fil-politika. Huwa jikteb li de Gasperi kien qal: “Democrazia Cristiana partito di centro che cammina verso sinistra.” (Id-Demokrazija Kristjana hija partit taċ-ċentru li jimxi lejn ix-xellug). Ma qalx, kif uħud jgħidu żbaljatament, li jħares lejn ix-xellug imma li jimxi lejn ix-xellug.
Ċentru Xellug
4. Imma f’dan wieħed jistaqsi: x’xellug hu f’dan? De Gasperi ma ħarisx lejn ix-xellug kif jifhmuh l-Amerikani f’forom ta’ ‘liberal left’, imma lejn dak li kien għaddej fi ħdan il-partit lejn iktar ħidma soċjali, iktar ġustizzja soċjali u ħidma favur id-dinjità umana fil-libertà u l-ugwaljanza. Infakkar umilment li kienu, u jibqgħu, id-Demokristjani li bnew l-Unjoni Ewropea tagħna. Lezzjoni mill-iktar ċara għal min irid jara l-fatti, mhux dawk maqtugħa mir-realtà. Issa f’dan għalhekk, jekk m’aħniex qed nifhmu li jekk wara snin ta’ ħidma intenzjonata tajjeb abbażi ta’ prinċipji etiċi differenti minn dawk Demokristjani ma wasalniex fejn kellna, allura huwa ovvju li ser nibqgħu fejn aħna.
Inwieġbu
5. Hemm analiżi storika tal-bażi tar-riżultati elettorali tal-Partit Nazzjonalista li tista’ serjament issir. Dawk ta’ suċċess u dawk le. Mill-partiti ‘oriġinali’ li kien hemm fl-1919 dan baqa’ ħaj u b’saħħtu elettoralment proprju għal raġunijiet l-iktar fl-ovvju loġiku. Mhux biss, imma hemm aktar minn hekk fl-għeruq Insara li baqgħu fi ħdan il-Partit. Kull suċċess kien ġej minn viżjoni politika li assigurat dak li l-bnedmin iridu f’dawn il-gżejjer f’din il-linja. F’politika li tħares lejn il-bniedem fit-tagħlim tad-dinjità umana li d-duttrina soċjali tagħtina kontinwament u b’mod aġġornat għar-realtà tal-ġurnata. Politika li timxi, anzi li tmexxi, id f’id fil-paċi u l-istabilità, il-ġustizzja u l-ħniena. Kull proposta li bniet id-demokrazija nazzjonali u li saħħet il-ġustizzja soċjali ġiet minn hemm.
Niċħdu dan
6. Nistgħu faċilment niċħdu din il-verità u nibqgħu nilludu ruħna li jew irridu nsiru ġabra ta’ Liberali jew Konservattivi jew Sovranisti, imma f’dan nibqgħu dejjem fl-Oppożizzjoni nistennew. Nibqgħu nistennew, waqt li kif nafu, il-pajjiż sejjer lura u l-Gvern qiegħed inaqqas mill-kunsens popolari. Bir-rispett, ejja niftakru f’dak li daħal fih ħaddieħor. Ejja niftakru, u nittama li ħadd ma jieħu għalih f’dawn il-gżejjer, dak li daħal fih il-Partit Komunista Taljan. F’dak li kien jiddikjara u jwettaq u f’dak li l-maġġoranza elettorali proprju ma riditux. F’dan għandna dmir li nibqgħu mpenjati, bħala Nsara fil-politika, sabiex fil-libertà demokratika nagħmlu pajjiż aħjar milli għandna: li jirrispetta ’l-bniedem verament fil-ħniena u l-ġustizzja.
INTERVISTA F'IL-MUMENT - IL-GVERN PL KIEN UMILJAT BIL-KBIR FIL-PARLAMENT
It-test sħiħ tal-intervista ma’ Carm Mifsud Bonnici hu:
Fil-jiem li għaddew kien hemm vot fil-Parlament dwar numru ta’ emendi kostituzzjonali li fuqhom l-Oppożizzjoni ħadet pożizzjoni kontra. Għaliex?
CMB: Ċertament mhux għall-pjaċir li nkunu kontra imma biex l-affarijiet jibdew isiru sewwa f’pajjiżna. Infakkar li bħala Oppożizzjoni ridna u għadna rridu li jsir proċess ta’ riforma kostituzzjonali sħiħ u maħsub sew, mhux bil-pezzi bukkuni u għalhekk ma nistgħux naqblu meta l-Gvern, mingħajr dan il-proċess, jiġi b’abbozzi mhux preparati sew imma b’forom ta’ emerġenza. It-tieni: li għalkemm l-Oppożizzjoni kienet u għadha lesta biex tiddiskuti u tasal fuq abbozzi kostituzzjonali tippretendi l-minimu li tiġi kkonsultata qabel.
Imma l-Gvern ma użax il-proċedura tas-soltu f’dan?
CMB: Il-proċedura hawn hija waħda ta’ natura speċjali. Il-Kostituzzjoni hija l-liġi suprema tagħna, u f’ħafna, ir-ruħ tal-pajjiż. Tibdil fiha jitlob li l-abbozz ikun diskuss qabel bejn il-partijiet u wara ppreżentat fil-Parlament. Ċertament mhux fil-forom ta’ impożizzjoni li qed naraw u li rajna b’dan l-abbozz.
Imma l-Oppożizzjoni kienet ċara f’dan mal-Gvern?
CMB: Konna iktar milli ċari mal-Gvern. Il-kollega Karol Aquilina u jien iddikjarajna li rridu r-riforma sħiħa u li nippretendu konsultazzjoni. Għidna li rridu li jsir il-proċess sew biex nużaw ir-raġuni u nifhmu sewwa fejn sejrin bil-possibilità li l-emendi jsiru ferm aħjar milli kienu mressqa. Dan però ġie njorat kontinwament mill-Gvern, li ddeċieda li jiġri u jimponi vot fuqna. Linja li ma stajniex naċċettaw b’ebda mod.
Biss, il-Gvern għandu maġġoranza kbira fil-Parlament u allura għandu dritt li jmexxi hekk?
CMB: Il-Gvern għandu l-ewwel dmir li jagħmel l-affarijiet sewwa u fil-qafas demokratiku u mhux anti. Għandu numru ta’ siġġijiet f’maġġoranza parlamentari imma m’għandux żewġ terzi. Mhux biss, imma fis-sistema demokratika tagħna, l-Oppożizzjoni hija vitali għat-tmexxija tal-pajjiż. Emendi bħal dawn jitolbu, min-natura tagħhom, il-kunsens tal-Oppożizzjoni. Jekk qed tipprova tinjora jew twarrab l-importanza tagħna allura għandna, l-ewwel, dmir sagrosant li nfakkru li neżistu; u t-tieni, li hemm linja ta’ prinċipju demokratiku li jorbotna niddikjaraw li ma naqblux. Infakkrek li r-raġuni ma tridx forza.
Imma fil-proċess sħiħ x’ġara sewwasew f’dan l-abbozz u għala hu differenti?
CMB: Ara, tkellimna fit-Tieni Stadju tal-abbozz u l-pożizzjoni kienet ċara. Sodi fuq naħa, miftuħa però għad-diskussjoni. Wara morna għal Stadju ta’ Kumitat li l-Gvern ried jiġri jiġri fih u ma ta lok għal ebda diskussjoni, bil-messaġġ kontinwu tiegħu li għalih m’aħniex importanti. F’dak l-istadju kien jaf diġà li ma kienx ser jirnexxilu jgħaddi l-maġġor parti tal-emendi għax riedu iż-żewġ terzi. Kellu messaġġ ċar li kellu jirtira dak li ma jistax jgħaddi u jżomm dawk li seta’, imma minflok, baqa’ għaddej.
X’jiġifieri?
CMB: Allura ddeċieda biex ikompli jwebbes rasu u li għamel kien li biddel ir-regoli tal-partita biex, kif ħaseb, jipprova jieħu xi vantaġġ. Mexxa mozzjoni biex fit-Tielet Stadju, flok nivvutaw għall-abbozz sħiħ, kif ilu jiġri minn meta ġie mwaqqaf il-Parlament ta’ pajjiżna, nivvutaw artikolu artikolu. Żball politiku, li minflok ikkumplika l-affarijiet u impona piż ta’ responsabbiltà żejda fuq l-Ispeaker biex ma’ kull vot fuq kull klawsola jagħti ruling dwar x’maġġoranza ta’ voti riedet iġġib dik il-klawsola partikolari.
Imma allura sewwasew x’ġara finalment?
CMB: Quddiem dan, l-Oppożizzjoni ħadet pożizzjoni soda u ċara li tkun kontra dan l-aġir żbaljat u bħala linja ta’ prinċipju tivvota kontra kull klawsola. Għalhekk ġara li l-Gvern ġie finalment umiljat minħabba l-attitudni żbaljata tiegħu. Dan għax mit-tlettax-il klawsola li kien hemm, għaddew biss żewġ klawsoli. It-tnejn li kien ċar ħafna mill-bidu li kien hemm bżonn ta’ maġġoranza sempliċi biss għalihom u seta’, bil-għaqal li ma tantx rajt f’dan l-abbozz li flok jippreżenta l-abbozz kif għamel seta’ rtira dak li kien ċar li ser jitlef u jippreżenta dawk li kienu ser jgħaddu.
Iżda l-istampa li ngħatat mill-medja tal-PBS u minn oħrajn kienet li saret vittorja tal-Gvern fuq l-Oppożizzjoni?
CMB: Tant kien hemm biża’ li ser toħroġ il-verità li l-Gvern tilef dawn il-voti kollha li kien hemm bżonn għajta ta’ propaganda kemm kollox mar il-kontra! Ftakart għal mument f’dak li rajna fis-sistemi Sovjetiċi u reġimi simili fejn it-telfiet jiġu mpinġija bħala vittorji kbar. Dan huwa skorrett fl-aġir. Il-verità li kellha tiġi rappurtata kienet proprju din: li minħabba l-aġir xejn għaqli tal-Gvern tilef il-ġurnata u bl-insistenza tiegħu għaddew żewġ klawsoli biss u m’għaddewx l-oħrajn.
Biss x’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni issa wara li għadda dan kollu?
CMB: L-ewwel: li l-verità ta’ dak li ġara trid tingħad u tiġi reġistrata. It-tieni: li nibqgħu miftuħa sabiex issir konsultazzjoni kostituzzjonali kif għandha. Infakkar li aħna għandna numru ta’ proposti li qed jiġu konvenjentement injorati, u li hemm oħrajn tal-pubbliku. Dan ifisser li sija dawk iż-żewġ klawsoli li għaddew, kif ukoll l-oħrajn, għandhom ikunu verament miftuħa lura sabiex isiru ferm aħjar u nkunu ċerti li jaħdmu mhux kif inhuma u għalhekk ma jissugrawx li jibqgħu ittra miktuba mhux applikata. Hija ħasra kbira li r-ras iebsa u intransiġenti tal-Gvern wasslet għall-pożizzjoni fejn il-klawsoli li ma ġewx approvati setgħu, b’emendi, jsiru aqwa.
Imma għala tkompli tinsisti fuq dan, wara dak li ġara?
CMB: Għax irid jiġi sottolinjat li t-tort ta’ dak kollu li ġara huwa tal-Gvern, li ddeċieda li jrid jgħaddi fuq il-Parlament billi jinjora l-Oppożizzjoni. Ħa linja xejn moderata u aġixxa bil-ħsieb li trid bilfors tgħaddi tiegħu. Pożizzjoni perikoluża fuq emendi kostituzzjonali u dan, għall-ġid tad-demokrazija tagħna, ma jistax jiġi permess minna li qegħdin fuq il-bank tal-Oppożizzjoni. Il-messaġġ ċar tagħna huwa li aħna miftuħa għad-diskussjoni, ċertament, iżda mhux għall-impożizzjoni.
27.6.25
IMTIEĦEN - RAPPORTI
29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28908, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti dwar l-imtieħen f’pajjiżna?
20/06/2025
ONOR. OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Seduta 360
25/06/2025
KERĊEM - PROĠETT TAL-GĦADIRA TA’ SAN RAFLU
29301. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28906, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-Għadira ta’ San Raflu f’Kerċem?
20/06/2025
ONOR. OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Seduta 360
25/06/2025
ĦAL TARXIEN - PERSUNI LI JIRĊIEVU XI PENSJONI
29300. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28909 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’Ħal Tarxien li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
20/06/2025
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet |
Tarxien |
Pensjoni
tal-Età mhux Kontributorja |
57 |
Pensjonijiet
Kontributorji |
1,478 |
Pensjoni
tar-Romol |
386 |
Pensjoni
tal-Invalidità |
40 |
Total |
1,961 |
Seduta 360
25/06/2025
RAĦAL ĠDID - PERSUNI LI JIRĊIEVU XI PENSJONI
29299. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28907 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’Raħal Ġdid li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
20/06/2025
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet |
Raħal Ġdid |
Pensjoni
tal-Età mhux Kontributorja |
85 |
Pensjonijiet
Kontributorji |
1,437 |
Pensjoni
tar-Romol |
401 |
Pensjoni
tal-Invalidità |
43 |
Total |
1,966 |
Seduta 360
25/06/2025
ĦAL TARXIEN - TRIQ L-ISQAJJAQ
29298. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26886 dwar kemm ilha ma tiġi miżbugħa ż-Zebra Crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ġiex esegwit?
20/06/2025
ONOR. OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Seduta 360
25/06/2025
BORMLA - PJAZZA GAVINO GULIA - TISWIJA TA’ ĊANGATURA
29297. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26963 dwar jekk huwiex possibbli li ċ-ċangatura fi Pjazza Gavino Gulia f’Bormla tissewwa qabel il-purċissjoni tal-Irxoxt, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit programm tax-xogħol billi l-istess sejra iktar lura?
20/06/2025
ONOR. OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Seduta 360
25/06/2025
MARSAXLOKK - PERSUNI LI JIRĊIEVU XI PENSJONI
29203. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28915 u jgħid kemm hemm persuni residenti Marsaxlokk li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
18/06/2025
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet |
Marsaxlokk |
Pensjoni
tal-Età mhux Kontributorja |
18 |
Pensjonijiet
Kontributorji |
600 |
Pensjoni
tar-Romol |
139 |
Pensjoni
tal-Invalidità |
13 |
Total |
770 |
Seduta 359
24/06/2025
IŻ-ŻEJTUN - PERSUNI LI JIRĊIEVU XI PENSJONI
29202. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28914 u jgħid kemm hemm persuni residenti iż-Żejtun li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
18/06/2025
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet |
Żejtun |
Pensjoni
tal-Età mhux Kontributorja |
78 |
Pensjonijiet Kontributorji |
2,051 |
Pensjoni
tar-Romol |
545 |
Pensjoni
tal-Invalidità |
80 |
Total |
2,754 |
Seduta 359
24/06/2025
IL-GUDJA - PERSUNI LI JIRĊIEVU XI PENSJONI
29201. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28913 u jgħid kemm hemm persuni residenti l-Gudja li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
18/06/2025
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet |
Gudja |
Pensjoni
tal-Età mhux Kontributorja |
7 |
Pensjonijiet
Kontributorji |
636 |
Pensjoni
tar-Romol |
111 |
Pensjoni
tal-Invalidità |
13 |
Total |
767 |
Seduta 359
24/06/2025
SANTA LUĊIJA - PERSUNI LI JIRĊIEVU XI PENSJONI
29200. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28912 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’Santa Luċija li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
18/06/2025
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet |
Santa Luċija |
Pensjoni
tal-Età mhux Kontributorja |
36 |
Pensjonijiet
Kontributorji |
611 |
Pensjoni
tar-Romol |
161 |
Pensjoni
tal-Invalidità |
20 |
Total |
828 |
Seduta 359
24/06/2025
IL-FGURA - PERSUNI LI JIRĊIEVU XI PENSJONI
29199. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28910 u jgħid kemm hemm persuni residenti l-Fgura li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
18/06/2025
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet |
Fgura |
Pensjoni
tal-Età mhux Kontributorja |
62 |
Pensjonijiet
Kontributorji |
1,964 |
Pensjoni
tar-Romol |
511 |
Pensjoni
tal-Invalidità |
53 |
Total |
2,590 |
Seduta 359
24/06/2025
SKEJJEL SEKONDARJI - RIŻENJI TA’ GĦALLIEMA
29149. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28891 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
12/06/2025
ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li fl-iskejjel sekondarji, matul il-ħames snin li ġejjin mistennija jirtiraw 89
għalliem, filwaqt li fl-aħħar ħames snin irriżenjaw 182 għalliem, fl-aħħar
ħames snin ġew ingaġġati total ta’ 363 għalliem.
Seduta 359
24/06/2025
ID-DINJA TIBQA' GĦADDEJJA
Ma naħsbux
2. Ma nimmaġinawx li dak li għaddej mhuwiex, f’xi mument, b’xi mod, ser jolqot l-interessi tagħna. L-iktar, ċertament, dak marbut mal-paċi. Pajjiżna jikber u javvanza skont kemm ikollna trankwillità u nuqqas ta’ ġlied fir-reġjun. Il-kummerċ, ir-relazzjonijiet umani, ir-rabtiet sħaħ ta’ popli jżidu fid-demokrazija l-ġid, il-ġustizzja soċjali u l-progress. Meta dan il-proċess uniku jibqa’ lura, allura daqshekk ieħor ċiviltajiet bħal tagħna jieqfu. Il-bnedmin huma importanti. Jgħixu fejn jgħixu. Ma hemmx dawk li għandhom dritt li jgħixu u oħrajn li le. M’hemmx ġustifikazzjoni f’li wieħed jiddeċiedi li xi ħadd għandu dritt jattakka u joqtol uħud, metri oħrajn huma għalih protetti. F’nuqqas ta’ ġustizzja, kull xenarju dinji jmur lura. Għalhekk nibqgħu nemmnu li mingħajr ġustizzja u paċi ma nistgħux naraw futur sod.
F’kull rokna
3. Dan deher iktar ċar quddiemi f’dawn il-jiem fil-bnedmin li naf fl-irkejjen kollha ta’ pajjiżna. Kull persuna hija importanti u kull wieħed u waħda minna jrid jiġi rispettat/a. Ħajtu hija dik li trid tiġi protetta fid-dinjità umana li tixraqlu. Pożizzjoni li ħafna drabi ninsew. Pożizzjoni li nittraskuraw imma li trid tiġi lura għad-dibattitu u għall-prijorità. Hekk ħassejt u ħsibt waqt li sibt ruħi f’dawn il-jiem nattendi għal żewġ funerali. Waqt li kont għal wieħed fil-Gudja, f’dan ir-raħal mill-isbaħ u mimli bnedmin attivi għall-ħajja tal-post, f’dan dort madwari. F’temp ta’ ftit jiem ġew imsejħa lura żewġ persuni li sirt naf mill-viċin tul dawn l-aħħar snin. It-tnejn marbuta flimkien ma’ passat li sawwar lil pajjiżna. Għax minkejja li għaddew is-snin, xorta wieħed irid jirrikonoxxi li dak li ġara fil-5 ta’ Diċembru 1986 kien determinanti sabiex bidel il-futur ta’ dan il-poplu lejn id-demokrazija, il-paċi u l-istabilità.
Jimmy Caruana
4. Kien jiġi ħu l-persuna li ġiet maqtula fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista ġewwa l-Gudja: Raymond Caruana. Kienet ferita fonda li baqgħet ħajja tul ħajtu kollha. Waħda li kienet terġa’ tinfetaħ fid-demm li nxtered u dan kull darba li kull sena l-Partit jikkommemorah u jiftakar fih. Dejjem attent għall-oħrajn u miftuħ għal diversi li kienu jkellmuh sabiex jifhmu dak li għadda minnu. Stmat minn kull persuna fir-raħal, b’rispett kbir. Ammirazzjoni, u fl-istess ħin, viċinanza. Għadhom ċari quddiemi l-passi tiegħu mill-Knisja sal-Każin, akkumpanjat minn martu, hija wkoll mimlija bi ħlewwa, kif ukoll dawk li kienu jersqu jkellmuh. Dejjem bi kliem meqjus u bi ħsibijiet ippreparati. Ma jweġġgħax, anki jekk fil-fond ta’ qalbu kien imweġġa’, b’għajta li titlob spjegazzjoni lill-istorja. Kull darba li kellimtu kelli l-pjaċir nagħraf kemm kien bniedem twajjeb, li minn fommu ma smajt ebda diskors żbaljat. Kellu għaqal uniku, li b’mod partikolari, il-bnedmin tal-ġenerazzjoni tiegħu għandhom f’dak ir-raħal. Miftuħ u b’qalb kbira. Jaf il-valuri u l-prinċipji li sawruhom. Kif kulħadd f’moħħu u f’qalbu jiftakar kif missierhom, fil-funeral tal-għażiż Raymond, kien tela’ sabiex jaħfer lil min qatel lill-mimmi t’għajnejh. Insara konvinti u prattikanti.
Anthony Brincat
5. Ftit warajh miet Anthony Brincat, magħruf aktar bħala ‘Il-Kobra’. Persuni li ċertament Jimmy u hu kienu jafu sew lil xulxin. Bnedmin imsawrin u mbasktin fid-dinja li dan il-post isarraf u jagħti. Realtà li f’dan missejt meta bdejt niffrekwenta l-Każin tal-Partit il-Ħadd filgħodu. Fil-bidu kont, anki jekk ma jingħadlix, insib quddiemi tabella xejn viżibbli li fiha kont indikat bħala l-barrani u t-temporanju. Imma Ħadd wara Ħadd bdejt insir naf lil dawk li jiffrekwentawh u almenu kont ġejt aċċettat. Fost dawn kien hemm dak li kien jiġi ndikat bħala sempliċement ‘Il-Kobra’. Ebda isem jew kunjom: sempliċement il-laqam. Kellu moħħ preċiż, b’ilsien li trid tkun attent il-ħin kollu għalih, l-iktar fuq il-botti daqqa biċ-ċajt u daqqa naqra inqas tiegħu. Wieħed li ‘jigdem’ il-kuxjenza tiegħek. Kien ifendi, u kull darba ridt inkun ippreparat mentalment sew miegħu għal kull round għax ma stajtx infalli fl-eżami li kien qiegħed isirli.
Ħbiberija
6. F’dan, fi tnax-il sena, bnejt ħbiberija partikolari. Kont inħares ’il quddiem li niltaqa’ miegħu, iktar u iktar ukoll meta skoprejna li t-tnejn konna nħobbu l-inbid tajjeb. Kien jagħti l-opinjoni meqjusa tiegħu bil-metodu partikolari tiegħu. Vuċi tal-poplu veru. Kien dak li, kif qrajt f’kitbet Luigi Maria Epicoco, jieħu u jagħti parir: “Inżommu għajnejna miftuħin fuq il-preżent: inħallu r-realtà li qed ngħixu tinterrogana; ma nkunux sempliċement preżenti fid-dinja imma għandna nintebħu b’dak li d-dinja qed tgħidilna.” Fil-Każin, hu u l-ankra soda l-oħra, Horace, kienu kapaċi jifhmu u jagħtuk gwida. Jagħrfu dak li huwa awtentiku minn dak li le. Smajt ħafna rakkonti tal-passat, imma d-dibattitu kien dejjem f’postu. Jekk għall-oħrajn kien jgħaddi argument, għalih le. Jieħu s-siġġu tan-nofs u b’ferħ dejjiemi jibdel jew iġib il-punt ’il quddiem. Kellu qalb kbira u miftuħa għal kulħadd, b’sentimenti mill-iktar nobbli. F’dan kien jidħol fil-Każin bħal żiffa, mimli enerġija. Imħabba għamja lejn familtu u lejn il-karozza speċjali li kellu. Sirna ħbieb u f’dan kien irnexxielu jiġbidli saqajja tajjeb ħafna. L-aħħar waħda kienet dik marbuta ma’ Sant’Antnin, li xtara statwa tiegħu wara li kien għamel wegħda biex jien jirnexxili nerġa’ niġi elett.
Rabtiet
7. Fil-fatt, pajjiżna huwa mimli bi bnedmin twajba u umli, li jaħdmu b’dedikazzjoni ħajjithom kollha, anki wara l-età tal-pensjoni. Bnedmin li tħarrku b’direzzjoni waħda lejn il-ġustizzja, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, il-maħfra, l-imħabba u l-ħniena. Kemm għandna wirt uniku f’dan. Kemm għandna raġunijiet biex inkunu grati lejhom u napprezzawhom. Ċert f’dan li sija Jimmy, kif ukoll ‘Il-Kobra’, qed igawdu lil xulxin u l-premju tal-ħajja ta’ dejjem, li jixirqilhom. Nittama dejjem li nibqgħu nirrispettaw sew u kif jixraq il-memorja tagħhom, anke jekk nafu li d-dinja tibqa’ għaddejja.
SKEJJEL PRIMARJI - RIŻENJI TA’ GĦALLIEMA
29148. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28890 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
12/06/2025
ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Seduta
358
23/06/2025
BORMLA - PARKEĠĠ QUDDIEM L-ISKOLA PRIMARJA - PJANTI
29065. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28536 dwar l-iżvilupp tas-sit ta’ parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tal-pjanti relattivi ma’ dan il-proġett?
09/06/2025
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni
mitluba hija pubblika fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar. Qed inpoġġi fuq
il-Mejda tal-Kamra l-iscreenshot tal-website indikata.
Seduta 358
23/06/2025
IL-FGURA - PERSUNI LI UTILIZZAW IL-BERĠA
28925. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fil-Fgura matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
02/06/2025
ONOR. JO
ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika
fil-Komunità (Berġa) fil-Fgura ġiet utilizzata minn 4,520 persuna. Fil-ġimgħat
li ġejjin f’din il-klinika ser jibda servizz ġdid ta’ Nutritionist darba
fil-ġimgħa.
Seduta 358
23/06/2025
SANTA LUĊIJA - PERSUNI LI UTILIZZAW IL-BERĠA
28924. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Santa Luċija matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
02/06/2025
ONOR. JO
ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika
fil-Komunità (Berġa) f’Santa Luċija ġiet utilizzata minn 2,510 persuna.
Seduta 358
23/06/2025
IL-GUDJA - PERSUNI LI UTILIZZAW IL-BERĠA
28923. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fil-Gudja matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
02/06/2025
ONOR. JO
ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika
fil-Komunità (Berġa) fil-Gudja ġiet utilizzata minn 2,080 persuna.
Seduta 358
23/06/2025
ĦAL TARXIEN - PERSUNI LI UTILIZZAW IL-BERĠA
28922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Tarxien matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
02/06/2025
ONOR. JO
ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, il-Klinika
fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Tarxien ġiet utilizzata minn 6,020 persuna.
Seduta 358
MA NIDDUBITAWX
Il-Persuna
2. Għax huwa l-poplu li huwa s-suġġett ċentrali tal-politika, u mhux oħrajn. Għaldaqstant irridu nibqgħu dawk li jagħrfu jkunu parti minn din ir-realtà għax id-demokrazija għandha bżonn poplu ħaj li jieħu sehem attiv fit-tmexxija tiegħu. Għax dawn huma, fil-fatt, l-għeruq tagħna. Ħadd ma jista’ jaħseb li aħna l-partit tal-konservazzjoni jew tal-protezzjoni tal-istatus quo, u jekk inkunu dan inkunu żbaljati fis-sejħa ta’ dak li l-pajjiż irid mingħandna.
Il-Valuri
3. Mill-formazzjoni tiegħu, dan il-Partit kellu ċari f’moħħu l-prinċipji u l-valuri tiegħu. Ma konniex, u m’aħniex partit fundat biex jiddefendi xi interessi partikolari ta’ xi klassi fis-soċjetà. Aħna partit li jħares biex f’kull żmien jibni ħajja u soċjetà aħjar u li dejjem tiġġedded fis-sewwa. Ir-rilevanza tiegħu fis-snin kienet proprju din. Ġenerazzjonijiet ta’ politiċi u bnedmin li ħassewhom fil-post ġust, li jkunu parti minn proġett politiku ibbażat fuq linji gwida ta’ prinċipji etiċi Nsara. Min jiddubita dan ikun qiegħed jiċħad l-istorja u fl-istess ħin jarmi l-valur intrinsiku tagħna.
Esperjenza
4. L-esperjenza politika hija element essenzjali biex wieħed jifhem dan u jwettaq l-għażliet it-tajba. M’hemmx żmien x’wieħed jaħli, u dan seta’ jiġi użat aħjar, imma dejjem jibqa’ wieħed li nitgħallmu minnu. Kull politiku li hu u li kien jitbaskat f’dan sabiex jgħin biex dak li jidher f’pożizzjoni jiġi lura fil-post fejn għandu jkun. Is-sejħa hija għolja u għalkemm jista’ jkun hemm min jipprova jew jaqta’ qalbu, irridu nwieġbu għaliha. Irridu nifhmu li wara tlett leġiżlaturi, bis-saħħa politika tal-partit fil-Gvern, issa wasal il-mument li l-affarijiet jinbidlu. Wasal il-ħin, b’neċessità għall-pajjiż u għall-poplu, li jkun hemm viżjoni differenti u metodi politiċi aqwa.
Il-Futur
5. Il-futur ħadd ma jarah ġej. Jista’ bniedem ikun profeta, imma minn dawn ftit issib. Jista’ jaqta’ u jista’ wkoll le. Il-fatt jibqa’ li ċ-ċirkostanzi jinbidlu. F’dan, il-bidliet mhux dejjem ikunu prevedibbli, imma l-bniedem fil-politika jrid jaġixxi skont dak li jsib quddiemu. Jieħu d-deċiżjonijiet biex filwaqt li ma jibdilx il-valuri sodi tiegħu, iħares biex iwettaq is-sewwa. Dan huwa wkoll żmien ta’ hekk. Huwa żmien li fih irridu lkoll flimkien inħarsu li nkomplu nibnu l-politika tagħna għall-ġid veru tal-poplu.
Ottimiżmu
6. F’ħajti rajt numru ta’ kapijiet li ġew u li ma baqgħux kapijiet. Minn Dottor George Borg Olivier rajt bnedmin iservu, jiddibattu, jintervjenu u jaqbżu għan-nies. Ħadd minnhom ma ħareġ sinjur mill-politika. Kull wieħed aġixxa fl-onestà interjuri tiegħu biex iwettaq dak li huwa ra siewi. F’dan għalhekk huwa ċertament dejjem iebes, odjuż, antipatiku, li wieħed jara Kap jispiċċa. Daqshekk ieħor ikkumplikat biex isir ieħor warajh. Isir diskors żejjed fix-xejn biex jiġi mfaħħar kandidat u mmaqdar ieħor. Jiġu f’kunflitt bnedmin tal-istess partit. Imma fl-aħħar mill-aħħar hemm proċess ta’ bidla li jsir biex il-Partit jibqa’ rilevanti u attwali.
Prinċipji
7. F’dan kollu, għalkemm aħna bnedmin, bl-imperfezzjonijiet tagħna, xorta rridu nassiguraw li ma ninsewx li aħna għandna kwalitajiet u identità uniċi. F’dan jista’, u kif nafu, ser ikun hemm min imaqdarna tant li jipprova jikkonvinċina. Imma fit-triq li ġejja, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, niżbaljaw jekk naħsbu li m’aħniex kapaċi. F’dan nappella għall-kuraġġ u li f’ebda mument m’għandna, b’xi mod, niddubitaw minna nfusna f’dak li rridu naffrontaw.
19.6.25
ĦAL GĦAXAQ - PERSUNI LI UTILIZZAW IL-BERĠA
28921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
02/06/2025
ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li matul is-sena
2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq ġiet utilizzata minn 2,660
persuna.
Seduta 357
18/06/2025
MARSAXLOKK - PERSUNI LI UTILIZZAW IL-BERĠA
28920. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
02/06/2025
ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li matul is-sena
2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk ġiet utilizzata minn 7,870
persuna.
Seduta 357
18/06/2025
IŻ-ŻEJTUN - PERSUNI LI UTILIZZAW IL-BERĠA
28919. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
02/06/2025
ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li matul is-sena
2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun ġiet utilizzata minn 4,650
persuna.
Seduta 357
18/06/2025
WIED IL-GĦAJN - PERSUNI LI UTILIZZAW IL-BERĠA
28918. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni utilizzaw il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi humiex se jiżdiedu?
02/06/2025
ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li matul is-sena
2024, il-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn ġiet utilizzata minn
3,070 persuna.
Seduta 357
18/06/2025
ĦAL GĦAXAQ - PERSUNI LI JIRĊIEVU XI PENSJONI
28917. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
02/06/2025
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet |
Ħal Għaxaq |
Pensjoni
tal-Età mhux Kontributorja |
20 |
Pensjonijiet
Kontributorji |
780 |
Pensjoni
tar-Romol |
228 |
Pensjoni
tal-Invalidità |
20 |
|
|
Total |
1,048 |
Seduta 357
18/06/2025
FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU
1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...
-
9944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid ke...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
1. Din il-ġimgħa, l-kriżi finanzjarja li ilna naraw l-effetti negattivi tagħha kompliet b’fażi differenti u li qabel ma konniex...