1. F’dawn is-snin, li nkunu membri tal-Partit Nazzjonalista, partit popolari u Demokristjan ifisser li aħna nirrappreżentaw, u fl-istess ħin inkunu vuċi, espressjoni tal-poplu. Ġejjin minn fejn ġejjin, il-bnedmin f’dawn il-gżejjer għarafna l-interessi morali u ekonomiċi tal-pajjiż. Għarafna r-realtà ta’ dawk li jaħdmu, jgħixu u jistinkaw għal dinja u futur aħjar. Bnedmin fid-dinja vera li jmissu ma’ dawk li huma wkoll protagonisti fiha.
Il-Persuna
2. Għax huwa l-poplu li huwa s-suġġett ċentrali tal-politika, u mhux oħrajn. Għaldaqstant irridu nibqgħu dawk li jagħrfu jkunu parti minn din ir-realtà għax id-demokrazija għandha bżonn poplu ħaj li jieħu sehem attiv fit-tmexxija tiegħu. Għax dawn huma, fil-fatt, l-għeruq tagħna. Ħadd ma jista’ jaħseb li aħna l-partit tal-konservazzjoni jew tal-protezzjoni tal-istatus quo, u jekk inkunu dan inkunu żbaljati fis-sejħa ta’ dak li l-pajjiż irid mingħandna.
Il-Valuri
3. Mill-formazzjoni tiegħu, dan il-Partit kellu ċari f’moħħu l-prinċipji u l-valuri tiegħu. Ma konniex, u m’aħniex partit fundat biex jiddefendi xi interessi partikolari ta’ xi klassi fis-soċjetà. Aħna partit li jħares biex f’kull żmien jibni ħajja u soċjetà aħjar u li dejjem tiġġedded fis-sewwa. Ir-rilevanza tiegħu fis-snin kienet proprju din. Ġenerazzjonijiet ta’ politiċi u bnedmin li ħassewhom fil-post ġust, li jkunu parti minn proġett politiku ibbażat fuq linji gwida ta’ prinċipji etiċi Nsara. Min jiddubita dan ikun qiegħed jiċħad l-istorja u fl-istess ħin jarmi l-valur intrinsiku tagħna.
Esperjenza
4. L-esperjenza politika hija element essenzjali biex wieħed jifhem dan u jwettaq l-għażliet it-tajba. M’hemmx żmien x’wieħed jaħli, u dan seta’ jiġi użat aħjar, imma dejjem jibqa’ wieħed li nitgħallmu minnu. Kull politiku li hu u li kien jitbaskat f’dan sabiex jgħin biex dak li jidher f’pożizzjoni jiġi lura fil-post fejn għandu jkun. Is-sejħa hija għolja u għalkemm jista’ jkun hemm min jipprova jew jaqta’ qalbu, irridu nwieġbu għaliha. Irridu nifhmu li wara tlett leġiżlaturi, bis-saħħa politika tal-partit fil-Gvern, issa wasal il-mument li l-affarijiet jinbidlu. Wasal il-ħin, b’neċessità għall-pajjiż u għall-poplu, li jkun hemm viżjoni differenti u metodi politiċi aqwa.
Il-Futur
5. Il-futur ħadd ma jarah ġej. Jista’ bniedem ikun profeta, imma minn dawn ftit issib. Jista’ jaqta’ u jista’ wkoll le. Il-fatt jibqa’ li ċ-ċirkostanzi jinbidlu. F’dan, il-bidliet mhux dejjem ikunu prevedibbli, imma l-bniedem fil-politika jrid jaġixxi skont dak li jsib quddiemu. Jieħu d-deċiżjonijiet biex filwaqt li ma jibdilx il-valuri sodi tiegħu, iħares biex iwettaq is-sewwa. Dan huwa wkoll żmien ta’ hekk. Huwa żmien li fih irridu lkoll flimkien inħarsu li nkomplu nibnu l-politika tagħna għall-ġid veru tal-poplu.
Ottimiżmu
6. F’ħajti rajt numru ta’ kapijiet li ġew u li ma baqgħux kapijiet. Minn Dottor George Borg Olivier rajt bnedmin iservu, jiddibattu, jintervjenu u jaqbżu għan-nies. Ħadd minnhom ma ħareġ sinjur mill-politika. Kull wieħed aġixxa fl-onestà interjuri tiegħu biex iwettaq dak li huwa ra siewi. F’dan għalhekk huwa ċertament dejjem iebes, odjuż, antipatiku, li wieħed jara Kap jispiċċa. Daqshekk ieħor ikkumplikat biex isir ieħor warajh. Isir diskors żejjed fix-xejn biex jiġi mfaħħar kandidat u mmaqdar ieħor. Jiġu f’kunflitt bnedmin tal-istess partit. Imma fl-aħħar mill-aħħar hemm proċess ta’ bidla li jsir biex il-Partit jibqa’ rilevanti u attwali.
Prinċipji
7. F’dan kollu, għalkemm aħna bnedmin, bl-imperfezzjonijiet tagħna, xorta rridu nassiguraw li ma ninsewx li aħna għandna kwalitajiet u identità uniċi. F’dan jista’, u kif nafu, ser ikun hemm min imaqdarna tant li jipprova jikkonvinċina. Imma fit-triq li ġejja, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, niżbaljaw jekk naħsbu li m’aħniex kapaċi. F’dan nappella għall-kuraġġ u li f’ebda mument m’għandna, b’xi mod, niddubitaw minna nfusna f’dak li rridu naffrontaw.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label kuraġġ. Show all posts
Showing posts with label kuraġġ. Show all posts
27.6.25
3.1.25
MA' ELIŻABETTA FIS-SKIET
1. F’dawn il-jiem forsi wieħed ikollu l-ħin jieqaf jaħseb. Iwettaq dan aħjar meta jkun waħdu, maqtugħ ’il bgħid minn dik ir-rutina tal-ħajja li jkollu. Jidħol, jew idaħħal lilu nnifsu, fis-solitudni. Jiskopri dak li għaddej minnu. Jagħraf aħjar dak li jaħseb li jinsab fih. Fuq kollox, isib xi forma minnu nnifsu, lilu nnifsu. Fejn hu, fejn jinsab sejjer u fejn jixtieq li finalment jasal.
Esklużi
2. Hemm ukoll dawk li jinsabu emarġinati. Dawk li oħrajn iridu jaqtgħu mill-kumpanija tagħhom. Jew għax skomdi għalihom, fi kliemhom u ħidmiethom. Forsi jidhru antipatiċi. Inkella għax jaħsbu li ma jmorrux tajjeb magħhom. Imma l-fatt jibqa’ li indipendentement mir-raġuni, ikun hemm min jiddeċiedi li jwarrabhom. F’dan hemm ukoll u jrid jingħad li hemm dawk li jsibu ruħhom esklużi f’soċjetà mimlija ħsejjes. Dawk minħabba l-mard, inkella minħabba l-età, inkella sempliċement għax huma mistħija. Dik li titwieled minn dawk li jibqgħu lura biex ma jdejqux lill-oħrajn. Inkella f’dawn li jiġu minsija jew għax ħaddieħor jaħseb li għandhom diġà biżżejjed kumpanija, inkella għax oħrajn jaħsbu li m’għandhomx bżonn kumpanija.
Għażliet
3. F’dan hemm diversi għażliet li jiġu quddiemna. Diversi drabi jiddependi minna xi jsib ħaddieħor lilu nnifsu fih. Dawk li nagħżlu li ma nkellmux. Jew dawk li naħsbu li huwa fl-interess tagħna li naħarbuhom. Il-ħajja hija mimlija b’dawn il-mumenti. Aktar u aktar f’soċjetà fejn l-akkużi huma mill-iktar irħas. Meta huwa ferm faċli li tgħid u tallega fuq l-oħrajn bil-mezzi li għandna llum f’idejna. Fejn dak li mhuwiex fatt jiġi mressaq bħala fatt. Fejn id-diskors isir żejjed, imħawwar u mill-iktar bla sens. Imma d-dinja bħal ma hija mimlija b’kollox għandha wkoll dan l-aspett iebes fix-xejn.
Kull deni
4. Billi ninsab fid-dinja, ġarrabt ukoll minn dan, bħal diversi oħrajn qabli u dawk li għad jiġu warajja. Tgħallimt ukoll li s-solitudni, l-emarġinazzjoni, ma jiġux għal xejn. Dak li jidher li huwa ta’ deni, maż-żmien tapprezza li hemm l-aspett ta’ ġid tiegħu. Waqt li jifirduk minnhom tkun fil-fatt qiegħed tinfired minnhom. Tifhem sewwa dawk li huma verament ħtijietek u dawk li għabbewk bihom imma mhumiex. Timxi, anzi, pass ieħor forsi wkoll ikbar lejn il-verità. Dik li tibda jew tkompli tapprezza ferm u ferm iktar. Tifhem li ’l bgħid minn dak li jgħidu għandek tfittex lilha. Tfittixha u ma tistrieħx fuq dak li jgħidu, imma fuq dak li huwa minnu.
Fittxet li tinħeba
5. Is-solitudni hija wkoll parti minn dan il-proċess. Tinqata’ biex tagħraf aktar. Tħalli l-affarijiet għaddejja biex tifhem aktar. F’dawn il-jiem tal-Milied, li għalina nibqgħu ngħożżu l-iktar il-ġabra fil-familji u l-ħbieb rispettivi, wieħed għandu japprezza ferm aktar dan kollu. Proprju meta wieħed jitlaq mill-pożizzjoni li ħadet Eliżabetta wara li nisslet fil-ġuf. Meta minkejja dak li kien mill-isbaħ għaliha, proprju dawk li kienu iebsa magħha għax ma kellhiex ulied, issa kienu ġejjin fis-skiet u għalhekk għarfet fejn u f’liema ambjent qegħda tgħix. U hemm naqraw li hija, b’għaqal iddeċidiet li “fittxet li tinħeba min-nies”. Tinġabar u tifhem ferm iktar minn qabel.
Id-dinja hija iebsa
6. Lezzjonijiet għal min huwa fil-politika jew fil-ħajja pubblika. Tagħlim li l-mumenti jiġu, jgħaddu, imma aktar importanti, li nieħdu direzzjoni minnhom. Ninbidlu aħna għall-aħjar u naħdmu biex nibdlu lill-oħrajn. Fid-dinja iebsa u kiefra li ninsabu fiha, jew aħjar, f’dan il-wied ta’ dmugħ, fejn ħafna jispiċċaw emarġinati minn oħrajn, f’dawn il-jiem għandna naġixxu. Niġbru lil dawk li ma jinġabrux. Nagħmlu l-kuraġġ li nkellmuhom. Naħdmu biex din ma tkunx ta’ darba, imma kostanti. Pajjiżna mimli b’nies fl-irkejjen. Huma qegħdin fis-skiet isofru wkoll. Imma aħna, f’dan kollu għandna d-dmir nagħrfu li fis-skiet ta’ Eliżabetta hemm ukoll il-ferħ tal-verità.
Awguri
7. Nawgura l-Milied it-Tajjeb mill-qalb lilek, Sur Editur, u lill-ħaddiema kollha tagħna. Nawgura wkoll lil kull min jibqa’ jixtri, jaqra u jxerred din il-gazzetta, li hija tant neċessarja fil-progress politiku, soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...