6866. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u
Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew scrapped vetturi tul is-sena li għaddiet u mill-bidu ta’ din
is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2018? Jista’ jindika kemm minnhom użaw l-iskema
sabiex tinxtara vettura ġdida kif ukoll jindika s-sena tal-manifattura ta’ dawn
il-vetturi?
12/09/2018
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu
tinsab hawn taħt u qed tingħata sal-aħħar ta’ Awwissu 2018.
Vetturi skrappjati fl-2017
|
7,963
|
Vetturi skrappjati bejn
Jannar – Awwissu 2018
|
6,136
|
Vetturi li użaw l-iskema
sabiex tinxtara vettura ġdida
|
2,467
|
Sena tal-manifattura ta’
dawn il-vetturi
|
Is-sena tal-manifattura ta’
dawn l-2,467 vettura tvarja bejn l-1969 u l-2008
|
Seduta 140
03/10/2018
No comments:
Post a Comment