6910. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’
l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn
l-aħħar erba’ snin f’Raħal Ġdid?
20/09/2018
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija
bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’
Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni
tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb
il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li
hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u
arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta dan huwa li kull Kunsill
Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft
landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu
direzzjonati direttament minn naħa tiegħu. Hemm wkoll interventi li jsiru min
entitajiet mhux governattivi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont
programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid f’dawn
l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 266 Nerium Oleander u ġew imħawwla 334 Nerium
Oleander.
Seduta 143
10/10/2018
No comments:
Post a Comment