24.10.18

ASSEMBLEA TAN-NAZZJONIJIET MAGĦQUDA.




7316. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra minn min kien akkumpanjat meta attenda għall-aħħar Assemblea tan-Nazzjonijiet Magħquda? Jista’ jinforma x’laqgħat kellu? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskorsi li saru minnu? Jista’ jindika kemm kienet l-ispiża finanzjarja involuta?

17/10/2018
  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru tiegħi jien kont akkumpanjat miċ-Chief of Staff u mis-Segretarju Privat li vvjaġġaw minn Malta,filwaqt li f’kull laqgħa li kelli kien hemm prezenti jew l-Ambaxxatur li jinsab fi New York jew xi uffiċċjal ieħor mill-istess Rapprezentanza.

Dawn huma il-laqgħat li kelli:

1)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNHCR bit-tema: The Global Compact for Refugees – A greater solidarity and cooperation
2)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNICEF u Rapprezentant tas-SG tal-UN ghaz-Zghazagh bit-tema: Youth 2030
3)           Attendejt u pparteċipajt fl-EU Foreign Ministers Meeting fejn is –sitwazzjoni fil-Libya u fis-Syria gew diskussi
4)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNCTAD, Marokk u Rwanda  bit-tema: Migration and Structural Transformation in Africa
5)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mis Segretarju Generali tal-UN bit-tema: Action for Peacekeeping
6)           Attendejt u pparteċipajt fit –Transatlantic Dinner organizzat mill- Istati Uniti tal-Amerika
7)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- Unjoni Ewropeja bit-tema: Syria
8)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNHR, Franza, Germanja, Repubblika tal-Korea u Costa Rica bit-tema: Declaration of Human rights- A prevention tool to achieve peace adn sustainable development
9)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UN Global Compact Office  bit-tema: Africa Open for Business
10)         Attendejt u pparteċipajt fil-Commonwealth Foreign Affairs Minsiters Meeting (CFAMM) organizzat mill- Commonwelath Secretariat
11)         Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- Liechtenstein bit-tema: Ensuring justice for Syria and the role of the International, Impartial and Independent Mechansism (IIIM) in the process
12)         Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- Commonwealth Africa Initiative bit-tema: Africa Forum- Sustaining a peaceful and prosperous Africa
13)         Event organizzat mill-Istati Unit tal-Amerka bit-tema: Global Call to Action on the World Drug Problem fejn Malta issieħbet ma’ bosta pajjiżi oħra fid-Dikjarazzjoni mahruga ghal din l-okkazjoni

Għall-ewwel darba waqt id-Dibattitu Ġenerali tan- Nazzjonijiet Maqgħuda, Malta f’kollaborazzjoni mat-Tuneżija, Franza,  l-Unjoni Ewropeja u l- International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) organiżżat Event bit-tema: Giving voice to evidence- oercoming a distorted narrative on migration  towards evidence based migration policy development

Il-laqgħat bilaterali li kelli huma s-segwenti:

Kelli laqgħat mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tas-São Tomé & Príncipe l-E.T. Urbino Jose Goncalves Botelho kif ukoll mas-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tal-Mikronesja l-E.T. Lorin S. Robert fejn ġew stabiliti relazzjonijiet diplomatiċi ma’dawn iż-żewġ pajjiżi. Kelli wkoll laqgħat mar-rappreżentant Għoli tas-Segretarju Ġenerali għall-Oċeani l-E.T. Peter Thomson, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja, l-E.T. Mohammed Siala, mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Istati tal-Golf Għarbi (GCC) l-E.T. Abdul Latif bin Rashid Al-Zayani, mar-Rappreżentanta Għolja għat-Tfal f’Kunflitti Armati l-E.T. Virginia Gamba, mal-President tal-Anna Lindh Foundation, l-E.T. Elisabeth Guigou, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Monako l-E.T. Gilles Tonelli, mal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Viet Nam l-E.T. Pham Binh Minh, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Azerbaijan l-E.T. Elmar Mammadyarov, mas-Segretarju Assistent Deputat mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti David Peyman, mas-Segretarju Assistent Deputat mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti Robert Strayer u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Esterni tal-India l-E.T. MJ Akbar,

Barra minn dan, akkumpanjajt  lill-Prim Ministru f’dan li ġej:

(1)          Ftuħ uffiċjali tad-Dibattitu Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda
(2)          Id-dikors ta’ Malta mogħti mill- Prim Ministru waqt id- Dibattitu Ġenerali
(3)          Event orgnaizzat mill–Assemblea tal-Ġnus Maqgħuda bit–tema: Nelson Mandela  Peace Summit,fejn il-Prim Ministru kellu diskors.

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża finanzjarja bejn it-23 u d-29 ta’ Settembru kienet tammonta għal €31,720.67

Seduta  146
22/10/2018

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...