6920. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista’ l-Ministru tgħid
x’passi, x’diskussjonijiet u x’analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar
il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?
20/09/2018
ONOR. HELENA
DALLI: Wara li twaqqaf Unit
dedikat biex isegwi d-diskussjonijiet li qed isiru fuq livell Ewropew marbuta
ma’ Brexit, bdiet ħidma iffukata biex
ikun hemm koordinament fil-Gvern dwar Brexit.
F’dan ir-rigward, il-Ministeru:
- Segwa d-diskussjonijiet kollha relatati ma’ Brexit li saru fil-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea fil-livelli kollha tal-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
- ¯amm kuntatt kontinwu mat-Task Force mmexxija minn Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni, Michel
Barnier, biex jiddiskuti oqsma speċifiċi li jista’ jkollhom impatt fuq Malta;
- ¯amm kuntatt kontinwu mal-Kummissarju Għoli tar-Renju
Unit f’Malta biex ikun jista’ jifhem aħjar il-pożizzjoni tar-Renju Unit f’dawn
in-negozjati;
- Ikkonsulta mal-Ministeri kollha l-oħra biex jistudja
x’jista’ jkun l-impatt fuq Malta fid-dekasteri differenti;
- Ikkonsulta ma’ Ministeri differenti biex fassal
il-pożizzjonijiet tal-Gvern għal-laqgħat dwar in-negozjati li saru dwar temi
differenti fil-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
- Kien parteċipi, flimkien ma’ esperti minn Ministeri
differenti, f’laqgħat organizzati mill-Kummissjoni dwar l-impatt li Brexit jista’ jkollu f’setturi
differenti;
- Kien parteċipi f’laqgħat mal-imsieħba soċjali biex
jispjega x’kien għaddej fil-laqgħat li qed isiru fi Brussel b’rabta ma’ dawn
in-negozjati u kif jistgħu jintlaqtu n-negozji u ċ-ċittadini Maltin;
- Kien parteċipi f’laqgħat tat-Task Force tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru imwaqqfabiex tattira
l-investiment mir-Renju Unit biex jispjega l-mod kif qiegħda tiġi mfassla
r-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, u biex jagħti
rendikont ta’ fejn waslu n-negozjati;
- Iċċirkola materjal informattiv mħejji mill-Kummissjoni
Ewropea lill-Ministeri differenti tal-Gvern u l-entitajiet tagħhom b’rabta
mal-impatt li diversi xenarji marbuta ma’ Brexit
jista’ jkollhom;
- Beda proċess ta’ koordinazzjoni interna fil-Gvern biex
jibdew il-preparamenti fil-każ li ma jkunx hemm qbil fin-negozjati mal-Unjoni
Ewropea;
- Ħadem mill-qrib mal-Aġenzija Identity Malta biex ikunu mħejjija l-proċeduri interni tal-Gvern
biex ikun implimentat l-arranġament tat-tluq;
- Beda ħidma flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
biex jidentifika liġijiet nazzjonali li jista’ jkun jeħtieġ li jiġu riveduti
minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;
F’din il-ħidma, l-uffiċjali
fil-Ministeru ħadmu u ħejjew diversi analiżi – skont il-ħtieġa tan-negozjati
f’dak iż-żmien u l-proposti mressqa (kemm mill-Kummissjoni u kif ukoll mit-tim
tan-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni) f’perjodi differenti. Uħud minn dawn
l-analiżi kienu settorali u saru f’konsultazzjoni ma’ esperti f’oqsma
differenti bi tħejjija għal-laqgħat li kienu qed isiru fi Brussell, filwaqt li
oħrajn kienu aktar orizzontali. Dan ix-xogħol hu kontinwu u se jibqa’ għaddej
sakemm ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.
Seduta 145
17/10/2018
No comments:
Post a Comment