6901. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba
bil-lingwa Taljana fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid
ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u
kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?
20/09/2018
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta
Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba
bil-lingwa Taljana fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.
Rigward kotba ġodda mixtrija,
infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 157 ktieb bil-lingwa Taljana,
filwaqt li 15-il ktieb ieħor ġew mogħtija b’donazzjoni.
Seduta 142
09/10/2018
No comments:
Post a Comment