24.10.18

L-ISLA – SELF TA’ KOTBA MIL-LIBRERIJA PUBBLIKA - INIZZJATTIVI




7322. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ttieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jissellfu kotba mil-Librerija Pubblika tal-belt Senglejana u jekk le jistgħux jittieħdu?

17/10/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli interpellant li iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:
·              Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sessjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji.  Minn din is-sena wkoll investejna f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.
·              Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna wkoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn.
·              Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.
·              Provdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.

Seduta  147
23/10/2018


No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...