
17/10/2018
ONOR. OWEN
BONNICI: Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq
kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli
lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġà
tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li se jinbnew mill-ġdid is-sena
d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern
qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.
Sadanittant, sakemm triq
tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali se jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u
t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.
Seduta 147
23/10/2018
No comments:
Post a Comment