6867. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru
jgħid, fir-rigward tal-hekk imsejħa rifużjoni tat-taxxa li saret riċentament,
kemm-il ittra ntbagħtet u lil kemm-il persuna? Jista’ jiġi indikat l-ammont
preċiż u komplessiv li ġie mħallas kif ukoll kemm ġew jiswew l-imsemmija ittri
għad-dipartiment? Jista’ jindika ukoll jekk sarx ħlas bi ħlas bankarju dirett u
f’liema każ kemm kien l-ammont preċiż hekk trasferit?
12/09/2018
ONOR. EDWARD
SCICLUNA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rifuzjoni
tat-taxxa kienet tlaħħaq l-ammont sħiħ ta’ €11,403,066 (ħdax-il miljun, erba’
mija u tlett elef, u sitta u sittin ewro) li tqassmet fost kull individwu li
jaħdem. B’kollox inħarġu total ta’ 204,512-il ittra bi spiza ta’ inqas minn 50
ċenteżmu 'l waħda. Ngħarraf lill-Interpellant ukoll li l-ebda pagament ma sar
permezz ta’ ħlas bankarju dirett.
Seduta 140
03/10/2018
No comments:
Post a Comment