7317. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta
għall-mistoqsija parlamentari 5396, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk
kemm-il darba l-bidu ta’ Triq Santa Marija ma’ Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien,
ġie ppjanat li ssir tul din is-sena?
17/10/2018
ONOR. OWEN
BONNICI: Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq
kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli
lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġa
tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser jinbnew mill-ġdid is-sena
d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern
qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.
Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali ser jibqgħu
jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli
jew diffikultajiet oħra.
Seduta 146
22/10/2018
No comments:
Post a Comment