
6865. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp
Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija
parlamentari 5334, jista’ l-Ministru jgħid huwiex se jsir il-landscaping tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura peress li ilha biex
issir mill-inqas mit-23 ta’ April 2018?
12/09/2018
ONOR. JOSÈ
HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disinni proposti
ħadu aktar fit-tul peress li ma setax isir intervent bis-soft landscaping minħabba li ma kienx hemm fond biżejjed
għall-ħamrija. Id-disinji ġodda ġew approvati u x-xogħol beda u mistenni
jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Seduta 140
03/10/2018
No comments:
Post a Comment