7319. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk
ittieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li
jisselfu kotba mil-Librerija Pubblika ta’ Ħal Tarxien u jekk le jistgħux
jittieħdu?
17/10/2018
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, ittieħdu
inizjattivi ġodda li jinkludu:
· Kollaborazzjoni mal-aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu
sabiex isiru sessjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji. Minn din is-sena wkoll investejna
f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.
· Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex
isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna ukoll prezz
speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f’kull librerija
jkun hemm WIFI b’xejn.
· Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal
minn sitta għal tmienja.
· Provdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu
jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.
Inizjattiva oħra tinkludi
l-proġett pilota ta’ tmien skejjel fosthom Ħal Tarxien fejn is-sistema
tal-librerija tal-iskola ser tiġi magħquda ma’ Malta Libraries u b’hekk
il-komunità kollha ser tkun qed tibbenefika minn dawn ir-riżorsi.
Seduta 146
22/10/2018
No comments:
Post a Comment